Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Is-sostenibbiltà fil-binjiet diskussa f’konferenza għall-periti u l-inġiniera

pr241258
Date Icon 25/07/2024

Is-sostenibbiltà fil-binjiet, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija li ġejja minn sorsi rinovabbli kienu diskussa f'konferenza immirata għall-periti u inġiniera, u diversi stakeholders oħra. Għall-konferenza, organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija għall-Effiċjenza fl-Enerġija u l-Enerġija Rinovabbli (MEEREA) ġew mistiedna l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli u l-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard.

Il-konferenza saret bl-appoġġ tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma (EWA), bil-għan li tiġi diskussa l-proċess lejn id-dekarbonizzazzjoni sal-2050.

“L-inġiniera, il-periti u tekniċi oħra fl-industrija jaqdu rwol importanti f'din it-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà. Il-periti mhumiex biss mitluba jiddisinjaw binjiet adegwati iżda jridu jaraw li dan il-bini jkun wieħed sostenibbli – sforz li jrid ikun akkumpanjat mis-servizz offrut mill-inġiniera li jittrasformaw dan il-bini fi spazji li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija," qalet il-Ministru Miriam Dalli fl-intervent tagħna.

L-użu tal-enerġija rinovabbli huwa mezz wieħed kif wieħed jgħin id-dekarbonizzazzjoni tal-bini. Prinċipju importanti huwa li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija mill-bini, b'uża ta' teknoloġija innovattiva u smart designs. Filwaqt li t-tranżizzjoni għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli hija fundamentali, biex pajjiż ikollu ekonomija kompletament dekarbonizzata sal-2050, titlob ukoll avvanzi sinifikanti fl-effiċjenza tal-enerġija.

Il-Ministru Dalli rreferiet ukoll għall-fatt li sa mill-2013, ix-share tal-enerġija rinovabbli żdied minn 2.86% fl-2013 għal 13.4% fl-2022. Għal dan it-tisħiħ, il-Gvern kompli jinvesti fi skemi t'enerġija rinovabbli u inċentivi, fosthom anke l-użu ta' batteriji għal ħażna tal-enerġija.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Jonathan Attard tkellem fost l-oħrajn fuq kif l-awtoritajiet konċernati inkluża l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) għaddejjin b'ħidma biex jippromwovu u jattwaw strateġiji li għandhom fil-mira tagħhom mhux biss it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija iżda li jiddirezzjona wkoll il-ħidma għal settur tal-kostruzzjoni lejn wieħed aktar ambjentalment sostenibbli.

“Sa minn qabel l-iffirmar tal-ftehim ta' Pariġi, Malta kienet diġà qiegħda żżid l-ambizzjoni tagħha li taħdem lejn futur b'ammonti baxxi ta' karbonju. Proċess li bla dubju aċċellera ruħu permezz tal-miri 2050. Flimkien ma' dan, fis-snin li ġejjin l-enfasi għandha tkun fuq it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija," spjega l-Ministru Attard.

“B'viżjoni ċara ta' dak li rridu niksbu, b'Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA)  msaħħa u b'kollaborazzjoni msaħħa mal-entitajiet oħra u b'komunikazzjoni effettiva mal-partijiet konċernati, ninsab fiduċjuż li nistgħu niksbu progress sinifikanti fil-missjoni tagħna li nkomplu ngħollu l-istandards lejn industrija tal-kostruzzjoni aktar sostenibbli," temm jgħid il-Ministru Attard. 




STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Is-sostenibbiltà fil-binjiet diskussa f’konferenza għall-periti u l-inġiniera
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Is-sostenibbiltà fil-binjiet diskussa f’konferenza għall-periti u l-inġiniera
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow