Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI: Prezzijiet tal-MGSs b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Ħruġ Awwissu 2024

pr241256
Date Icon 25/07/2024

B'referenza għall-Istqarrija nru. 241230 ta' nhar il-Ġimgħa, d-19 ta' Lulju 2024, l-AccountantGeneraljavża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

(i)3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VI) F.I. bi prezz ta' €100.90 b'YTMta' 3.0958%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 3.1197%, u
(ii)3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (III) bi prezz ta' €100.00 b'YTMta' 3.5000%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal3.5306%.

L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:

Applikazzjonijiet:

  1. mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx l-€499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks jiftħu nhar it-Tnejn, id-29 ta' Lulju 2024 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa l-31 ta' Lulju 2024; u
  2. mill-investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu l-Ġimgħa, it-2 ta' Awwissu 2024 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta' kull stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

    Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, mill-Ġimgħa, is-26 ta' Lulju 2024.



    Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta kif ukoll fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, www.treasury.gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow