AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi artiklu li jiġi f'kuntatt mal-ikel m'għandux jintuża minħabba li nstab li jista jkun hemm migrazzjoni ta' Primary Aromatic Amines, waqt l-użu.
Primary Aromatic Amines huma sustanzi kimiċi li jistgħu jemigraw fl-ikel minn oġġetti li jintużaw f'kuntatt mal-ikel (speċjalment dawk l-oġġetti li huma magħmulin minn plastik iswed). Dawn is-sustanzi jistgħu ikunu ta' riskju għas-saħħa.
| Deskrizzjoni tal-oġġett: | Għodda tal-kċina tan-najlon iswed, bil-manku tal-plastik ikkulurit |
| Tip: | Potato masher |
| Ditta: | Alpina |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN