Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Il-Ministru Bonnici f’laqgħa ma’ grupp ta’ studenti tal-arkitettura Palestinjani

pr241243
Date Icon 23/07/2024

Fiż-Żejtun, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ltaqa' ma' ħmistax-il student mill-Università ta' Birzeit fil-Palestina li jinsabu Malta bħala parti minn inizjattiva tal-Kamra tal-Periti b'kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Arkitetti tal-Palestina, fejn qed jiġi organizzat workshop immirat lejn it-tisħiħ ta' kollaborazzjoni kulturali u innovazzjoni arkitettonika bejn pajjiżi tal-Mediterran.

Waqt dan il-workshop, l-istudenti Palestinjani qed jaqsmu l-ideat u l-għarfien tagħhom mal-komunità lokali fuq disinn teoretiku mill-ġdid ta' Misraħ Santa Marija fiż-Żejtun. Din il-kollaborazzjoni hija frott ukoll il-ġemellaġġ li hemm bejn iż-Żejtun u Birzeit.

Il-Ministru Bonnici saħaq, “Din l-inizjattiva hija eżempju mill-aqwa ta' kif l-arkitettura tista' sservi bħala mezz ta' kollaborazzjoni u għarfien bejn il-kulturi. L-istudenti Palestinjani qed jagħmlu xogħol impekkabbli flimkien mal-komunità lokali, u dan mhux biss se jgħinhom fit-tagħlim tagħhom imma wkoll fil-bini ta' relazzjonijiet b'saħħithom bejn il-popli tagħna."

Waqt iż-żjara, il-Ministru Owen Bonnici kien akkumpanjat mill-President tal-Kamra tal-Periti, Perit Andre Pizzuto, is-Segretarju Internazzjonali u għall-Komunikazzjoni tal-Kamra tal-Periti, Perit Joeaby Vassallo, membri tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, l-Ambaxxatur tal-Palestina għal Malta Fadi Hanania u rappreżentanti mill-Ambaxxata tal-Palestina.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Il-Ministru Bonnici f’laqgħa ma’ grupp ta’ studenti tal-arkitettura Palestinjani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Il-Ministru Bonnici f’laqgħa ma’ grupp ta’ studenti tal-arkitettura Palestinjani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Il-Ministru Bonnici f’laqgħa ma’ grupp ta’ studenti tal-arkitettura Palestinjani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Il-Ministru Bonnici f’laqgħa ma’ grupp ta’ studenti tal-arkitettura Palestinjani
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow