Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Malta tafferma mill-ġdid l-impenn lejn l-implimentazzjoni tal-SDGs

PR241233
Date Icon 19/07/2024

Waqt li kienet qed tindirizza s-Segment ta’ Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Forum Politiku ta’ Livell Għoli (HLPF) dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fis-17 ta’ Lulju 2024, l-Ambaxxatriċi u r-Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti, Vanessa Frazier, ħabbret li Malta ser taħdem fuq it-tieni Reviżjoni Nazzjonali Volontarja tal-implimentazzjoni tas-17-il Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) bil-għan li tiġi ppreżentata fil-HLPF tas-sena d-dieħla.

Ir-Rapport dwar l-Iżvilupp Sostenibbli 2024 ippubblikat reċentement mis-Sustainable Development Solutions Network u Dublin University Press ikklassifika lil Malta fis-36 post minn 167 pajjiż b’punteġġ ta’ 77% (0 li tindika l-agħar prestazzjoni u 100 li tiddeskrivi l-aħjar prestazzjoni). Il-punteġġ miksub minn Malta fl-2023 kien dak ta’ 75.5%, fejn Malta kienet ikklassifikata fil-41 post minn 166 pajjiż.

Dan ir-riżultat jikkonferma l-impenn tal-gvern favur l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u s-17-il SDG. Filwaqt li huwa pożittiv li wieħed jinnota sinjali ta’ titjib kontinwu fi kważi l-SDGs kollha, il-gvern huwa impenjat li jindirizza l-isfidi li fadal biex jilħaq l-għanijiet ta’ Malta fis-snin li ġejjin. 

F’dan ir-rigward, l-Istrateġija ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli għall-2050, li għaddiet minn konsultazzjoni pubblika, hija strateġija ħolistika li għandha tgħina nilħqu l-SDGs. Din l-istrateġija, li tfasslet bis-saħħa tal-impenn u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha, inklużi l-ministeri u l-entitajiet, is-soċjetà ċivili, is-settur privat, l-akkademja, u ċ-ċittadini, tfittex li ssaħħaħ il-mekkaniżmi istituzzjonali attwali u l-istrutturi ta’ appoġġ filwaqt li twitti t-triq għall-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki u inizjattivi ġodda sabiex Malta tilħaq l-għanijiet tagħha b’mod aktar effettiv, effiċjenti, u koerenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow