Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Żjara ta’ korteżija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tal-Ghana Shirley Ayorkor Botchwey

PR241207
Date Icon 16/07/2024

Il-President Myriam Spiteri Debono laqgħet żjara ta' korteżija minn Shirley Ayorkor Botchwey, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tar-Repubblika tal-Ghana.

Il-President Spiteri Debono u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ghana ddiskutew il-kooperazzjoni bilaterali li hemm bejn Malta u l-Ghana f'diversi setturi. Iż-żewġ partijiet saħqu fuq l-importanza tal-kummerċ u l-investiment dirett barrani bħala mezz biex jissaħħu r-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi, filwaqt li nnotaw il-preżenza sinifikanti ta' kumpaniji Maltin li diġà joperaw fil-Ghana. Il-Ministru Ayorkor Botchwey esprimiet l-apprezzament tagħha u enfasizzat is-sinifikat tal-ftuħ tal-Kummissjoni Għolja fil-Ghana, l-ewwel missjoni diplomatika Maltija fl-Afrika sub-Saħarjana.

Iż-żewġ partijiet għarfu l-importanza li tissaħħaħ il-Commonwealth bħala pjattaforma għall-istati membri tagħha fix-xena internazzjonali, b'mod partikolari fejn jidħlu kwistjonijiet relatati mat-tibdil fil-klima, l-istat tad-dritt u d-demokrazija, u l-istati gżejjer żgħar u li qed jiżviluppaw. F'dan ir-rigward, il-President Spiteri Debono saħqet fuq il-potenzjal tal-Commonwealth bħala organizzazzjoni multilaterali, li bħala korp, tista' tikkontribwixxi vuċi waħda magħquda b'saħħitha fix-xena internazzjonali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Żjara ta’ korteżija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tal-Ghana Shirley Ayorkor Botchwey
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Żjara ta’ korteżija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tal-Ghana Shirley Ayorkor Botchwey
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Żjara ta’ korteżija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tal-Ghana Shirley Ayorkor Botchwey
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Żjara ta’ korteżija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tal-Ghana Shirley Ayorkor Botchwey
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Żjara ta’ korteżija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tal-Ghana Shirley Ayorkor Botchwey
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow