Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jiftaħ il-Konferenza tal-OSCE dwar is-Sigurtà Ċibernetika u tal-ICT f’Malta

PR241205
Date Icon 15/07/2024

Il-vulnerabbiltajiet fis-sistemi ċibernetiċi u tal-ICT iħallu impatti serji fuq iċ-ċittadini 

“Filwaqt li l-avvanzi teknoloġiċi u t-titjib fis-sistemi ta’ komunikazzjoni qed jimbottaw ’il quddiem it-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp soċjali, il-vulnerabbiltajiet fis-sistemi ċibernetiċi u tal-ICT tagħna, u l-użu ħażin tagħhom, jistgħu jheddu s-sikurezza u s-sigurtà, b’konsegwenzi serji fuq il-benesseri taċ-ċittadini tagħna.” 

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u ċ-Chairperson tal-OSCE Ian Borg saħaq fuq l-importanza tas-sigurtà ċibernetika u tal-ICT meta kien qed jindirizza rappreżentanti tal-pajjiżi membri ta’ din l-organizzazzjoni waqt il-ftuħ tal-Konferenza Annwali tal-OSCE fuq is-Sigurtà Ċibernetika u tal-ICT, il-Mellieħa.

B’referenza għat-tema tal-konferenza, ‘Insaħħu r-Reżiljenza Ċibernetika Nazzjonali’, il-Ministru inkoraġġixxa lill-pajjiżi membri tal-OSCE biex iżidu l-isforzi tagħhom lejn iżjed reżiljenza ċibernetika fir-reġjun tal-organizzazzjoni. 

Il-konferenza ta’ jumejn se ssaħħaħ l-għarfien tal-OSCE dwar l-impatti tal-użu ħażin taċ-ċiberspazju fuq is-soċjetajiet, gvernijiet u l-infrastruttura kritika, kif ukoll fuq il-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Qed tiffoka wkoll fuq il-bżonn li jkun hemm aktar kollaborazzjonijiet bejn gvernijiet u partijiet oħra konċernati, sabiex jingħelbu dawn l-isfidi.

“Kampanji ta’ disinformazzjoni jisfruttaw tensjonijiet soċjali u jheddu l-fiduċja fil-proċessi demokratiċi, filwaqt li jwasslu biex il-prinċipji demokratiċi jiddgħajfu. B’dan il-mod, jolqtu ħażin is-sigurtà kollettiva tagħna. Fl-isfond taż-żieda mgħaġġla fid-disinformazzjoni u l-misinformazzjoni fir-reġjun tal-OSCE, huwa kruċjali li nifhmu r-rabta bejn l-integrità tal-informazzjoni u s-sigurtà ċibernetika,” qal il-Ministru Borg.

Il-Ministru u Chairperson tal-OSCE spjega li l-Presidenza Maltija tal-OSCE qed tiffoka fuq l-importanza tal-integrità tal-informazzjoni u r-riskji tad-disinformazzjoni. Permezz t’azzjonijiet differenti, l-OSCE u l-pajjiżi membri tagħha qed jindirizzaw dawn l-isfidi b’miżuri ta’ sigurtà ċibernetika, filwaqt li jissalvagwardjaw il-libertà tal-istampa u tal-espressjoni.

“L-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġiji marbutin magħha qed joffru opportunitajiet u sfidi għas-soċjetajiet tagħna fir-reġjun tal-OSCE u lil hinn minnu. Jeħtieġ niżguraw li l-vulnerabbiltajiet jiġu indirizzati, filwaqt li jiġi evitat l-użu ħażin tagħhom. Irridu wkoll nisfruttaw il-potenzjal ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda biex intejbu s-sigurtà ċibernetika,” żied jgħid il-Ministru Borg. 

Tenna wkoll is-sejħa biex ir-Russja ttemm il-gwerra t’aggressjoni tagħha fuq l-Ukraina. “Il-Federazzjoni Russa wettqet sensiela t’attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi kemm qabel kif ukoll waqt l-invażjoni tagħha fl-Ukrajna. Infrastruttura importanti, servizzi essenzjali, sistemi ta’ komunikazzjoni u servers tal-Gvern jinsabu f’riskju, li jpoġġu f’periklu wkoll ħajjet in-nies,” żied jgħid il-Ministru Borg.    

Malta bdiet 12-il xahar ta’ Presidenza tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) f’Jannar, bit-tema ‘Insaħħu r-Reżiljenza, Intejbu s-Sigurtà’, wara li ġiet eletta unanimament biex tmexxi din l-organizzazzjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, f’Novembru tal-2023.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jiftaħ il-Konferenza tal-OSCE dwar is-Sigurtà Ċibernetika u tal-ICT f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jiftaħ il-Konferenza tal-OSCE dwar is-Sigurtà Ċibernetika u tal-ICT f’Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow