STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Sejħa ta’ interess għall-outsourcing ta’ Servizzi tal-Emerġenza
Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità attiva ħareġ sejħa ta’ interess għall-outsourcing ta’ servizzi ta’ emerġenza fil-privat fuq bażi ta’ 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa.
Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni bejn il-gvern u s-settur privat, din l-inizjattiva ser tassigura li n-nies ser ikunu jistgħu jinqdew minn sptarijiet privati filwaqt li jħallas il-gvern. Inizjattiva li ser tikkumplimenta s-servizzi li jingħataw minn Mater Dei u l-pazjent ikollu aktar faċilitajiet u effiċjenza.
II-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qal: “Kif wegħedna f’dawn is-sitt xhur li ilni nokkupa r-rwol ta’ Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, ittieħdu deċiżjonijiet b’risq il-pazjent biex tiġi indirizzata l-problema ta’ ffullar fl-emergenza tal-Isptar Mater Dei.” Saħaq kif din l-inizjattiva ser tgħin biex filwaqt li niżguraw li noffru l-aħjar servizz lill-pazjent, innaqqsu l-ħin ta’ stennija u l-pressjoni fuq Mater Dei.
“Din hi waħda minn kullana ta’ inizjattivi li qed jiġu varati b’risq id-Dipartiment tal-Emerġenza iktar vijabbli. Il-pazjent jibqa’ ċ-ċentru tal-ħidma tagħna,” temm jgħid il-ministru.
Dawk interessati għandhom jissottomettu l-interess sal-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2024. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn: https://healthservices.gov.mt/en/cpsu/Pages/Procurement/Published-Calls/Negotiated-Procedure-without-Prior-Publication/Negotiated_Procedure_2024.aspx.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN