STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR, IL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA U L-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Azzjoni fi Pjazza San Ġorġ, ir-Rabat, Għawdex
pr241192
11/07/2024
Dalgħodu ttieħdet azzjoni fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat Għawdex bil-għan li jiġi żgurat li l-imwejjed u s-siġġijiet jintramaw fil-konfini tal-masterplan eżistenti. Din l-azzjoni saret b'koordinazzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Pulizija.
Fil-ġimgħat li ġejjin se jkun hemm iżjed infurzar ikkoordinat bejn dawn l-entitajiet, u jekk ikun hemm bżonn jiġu inklużi entitajiet oħra, sabiex jinstab il-bilanċ li tant hemm bżonn fir-rigward ta' mwejjed u siġġijiet armati fuq barra u dwar l-użu ta' spazji pubbliċi għal skopijiet kummerċjali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN