Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Missjoni tal-Protezzjoni Ċivili fil-Greċja

PR241188
Date Icon 11/07/2024

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jibgħat kontinġent ta’ uffiċjali fil-Greċja sabiex jgħinu lill-kollegi Griegi jikkumbattu n-nirien li bħal dawn iż-żminijiet sajfin jaħkmu l-imsaġar f’diversi inħawi f’dak il-pajjiż. Dan ħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, li spjega li din ser tkun ir-raba’ operazzjoni internazzjonali f’sentejn mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Bħalissa nofs il-Greċja hija fuq allert minħabba l-possibbiltà ta’ nirien ikkaġunati minn mewġa ta’ sħana qawwija, nixfa u nuqqas ta’ ilma. Nhar it-Tnejn li ġej, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jibgħat l-ewwel kontinġent ta’ għoxrin uffiċjal f’Patras fil-Greċja sabiex imbagħad fl-aħħar ta’ Lulju dawn jinbidlu ma’ kontinġent ta’ għoxrin uffiċjal ieħor li se jieħdu posthom. It-tieni kontinġent jiġi lura Malta f’nofs Awwissu. Magħhom se jmorru wkoll żewġ voluntiera minn għaqdiet mhux governattivi, wieħed mill-Emergency Fire and Rescue Unit u ieħor mis-St John’s Rescue Corps. 

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili diġà bagħat bil-baħar diversi inġenji li se jintużaw mill-pumpiera Maltin fil-Greċja.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Camilleri qal li fl-aħħar snin fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili  sar investiment bla preċedent kemm fl-għodda, fit-taħriġ u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, li qed jagħmluha possibbli li mhux biss il-Protezzjoni Ċivili tibqa’ tipproteġi u tagħmel ħidmiet ta’ salvataġġ f’pajjiżna, iżda wkoll anke lil hinn minn xtutna. 

“Minn dipartiment armat b’tagħmir second-hand, biddilnieh f’wieħed mill-aktar dipartimenti effiċjenti u professjonali li jagħti serħan il-moħħ lill-Maltin. Dan sar grazzi għall-investiment qawwi li l-gvern għamel mhux biss fuq it-tagħmir u t-taħriġ tal-ħaddiema imma anke fuq il-ħaddiema stess li issa qed igawdu minn kundizzjonijiet u pagi ferm aqwa milli qatt kellhom,” qal il-Ministru Camilleri.

Huwa qal li din il-bidla rriflettiet fil-ħidmiet ta’ fejda u salvataġġ li l-Protezzjoni Ċivili Maltija għamlet tul l-aħħar sena kemm fil-Greċja, fit-Turkija u anke fil-Libja. B’hekk dawn il-ħidmiet juru li Malta kapaċi tkun solidali ma’ popli ġirien fi żmien ta’ saram waqt li l-ħaddiema Maltin jiksbu esperjenzi reali ferm aktar utli mit-taħriġ.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro qal li d-dipartiment xorta se jifdallu biżżejjed riżorsi lokalment biex jagħti servizz lokalment grazzi għall-investiment li sar mill-gvern. Huwa appella lill-pubbliku Malti biex f’dawn ix-xhur ikun aktar konxju dwar il-periklu ta’ nirien f’inħawi nixfin fil-kampanja.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Missjoni tal-Protezzjoni Ċivili fil-Greċja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Missjoni tal-Protezzjoni Ċivili fil-Greċja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Missjoni tal-Protezzjoni Ċivili fil-Greċja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow