Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

pr241176
Date Icon 09/07/2024

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni qiegħed jappunta lis-Sur Horace Laudi fil-kariga ta' President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) b'effett immedjat, wara r-riżenja tal-Professur Ian Refalo.

Is-Sur Laudi okkupa diversi karigi fi ħdan wieħed mill-banek lokali f'karriera ta' 39 sena u matul dawn l-aħħar snin ġie fdat biex imexxi l-Bord tal-Għotjiet tal-Manutenzjoni tal-Istudenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni bħala Chairperson. Is-Sur Laudi mexxa 'l quddiem tibdil u titjib meħtieġ fl-operat u x-xogħol ta' dan il-bord.

Il-Ministeru jirringrazzja lill-Prof. Ian Refalo tas-servizz tiegħu bħala President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST għas-snin li għaddew. Il-Kulleġġ huwa grat lejn il-Professur Refalo tax-xogħol siewi u bi professjonalità li wettaq għall-ġid tal-Kulleġġ u l-istudenti tal-MCAST.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow