Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR ​Is-6 edizzjoni tal-Gozo Food Festival

pr241174
Date Icon 09/07/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li s-sitt edizzjoni tal-Gozo Food Festival, ser titella' nhar il-Ġimgħa 12 u s-Sibt 13 ta' Lulju, fil-Pjazza tax-Xewkija.

Dan il-festival tal-ikel se jikkonsisti f'żewġ iljieli ta' ċelebrazzjoni kulinari minn madwar id-dinja fejn wieħed jista' jesperjenza t-tjubija tal-ikel Ażjatiku, il-kwalità tal-ikel Mediterranju, l-aqwa platti Ewropej u l-awtentiċità tal-ikel Għawdxi. Fil-fatt, madwar 20 eżibitur ser ikunu qegħdin joffru l-aqwa ikel minn bosta pajjiżi minn madwar id-dinja. Okkażjoni ideali sabiex wieħed jiċċelebra s-sajf Malti fil-gżira Għawdxija.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li dan huwa street festival tal-ikel b'enfasi fuq l-inklużjoni għaliex f'post wieħed se jintlaqtu l-gosti ta' kulħadd. “Huwa avveniment ieħor mistenni minn bosta, li sena wara oħra jkompli jattira lejh attendenza numeruża, f'lejl sajfi u f'ambjent mill-isbaħ," qal il-Ministru Camilleri.

“Inħeġġeġ lil kulħadd biex jattendu għal dan il-festival f'Għawdex fejn wieħed isib ikel varjat minn madwar id-dinja. Dan il-festival, flimkien ma' bosta attivitajiet oħra li jiġu organizzati, għandhom is-sostenn tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar għax nemmnu li dawn huma inizjattivi li joffru valur għal min jagħżel li jżur lil Għawdex u huma parti integrali mill-kultura vibranti tagħna," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Is-Sindku tax-Xewkija Simona Refalo qalet li l-Kunsill Lokali hu impenjat biex dawn l-attivitajiet ikomplu jissaħħu filwaqt li stiednet lill-pubbliku biex jattendi.

Din is-sena l-organizzaturi qegħdin jagħfsu ħafna fuq il-versatilità, b'aktar minn 100 platt differenti minn madwar id-dinja ser ikun servut minn bosta parteċipanti. Ser ikun hemm ukoll żona speċjali ddedikata għat-tfal b'ikel addattat u varjetà ta' logħob u attrazzjonijiet.

Id-dħul għall-festival huwa b'xejn. Il-Malta Public Transport se tkun qed topera shuttle service mill-Imġarr Ferry Terminal għall-Pjazza tax-Xewkija.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur https://www.maltainternationalfoodfestival.com/gozo-edition

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR ​Is-6 edizzjoni tal-Gozo Food Festival
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow