Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI L-abbozz ta' liġi li jirregola l-koperattivi se jinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika

pr241167
Date Icon 06/07/2024

Waqt konferenza fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Koperattivi, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri ħabbar li l-abbozz ta' liġi li jirregola l-koperattivi se tinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika.

It-tema din is-sena għal Jum Dinji tal-Koperattivi huwa dwar kif dawn jistgħu jibnu futur aħjar, li jenfasizza s-sostenn u r-reżiljenza tal-kooperattivi fi żminijiet ta' sfidi.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Silvio Schembri rrikonoxxa l-irwol tal-koperattivi fis-soċjetà Maltija, u qal li dan huwa mudell ekonomiku importanti minħabba r-reżistenza li joffri. Huwa ħabbar li l-gvern lesta l-ewwel abbozz tal-liġi biex jipprovdi qafas legali aktar ċar għall-koperattiva biex jaħdmu u jkompli jissaħħu.

“Nafu li pajjiżna huwa żgħir u r-riżorsi huma limitati u dan il-mudell ekonomiku qiegħed iġib flimkien ir-riżorsi kollha għall-użu aħjar tal-industrija varja li intom taħdmu fiha. Fid-dinja globalizzata tal-lum dan il-mudell ekonomiku huwa wieħed li jagħmel ħafna sens," temm jgħid il-ministru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI L-abbozz ta' liġi li jirregola l-koperattivi se jinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI L-abbozz ta' liġi li jirregola l-koperattivi se jinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow