Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Iċ-ċittadini fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali

PR241164
Date Icon 05/07/2024

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli indirizzat il-konferenza annwali tal- Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali u Reġjuni (ANSEK). Il-konferenza kienet miftuħa għas-Segretarji Eżekuttivi tal-kunsilli lokali u reġjonali u għal stakeholders tal-kunsilli lokali. 

Għal din il-konferenza kien hemm preżenti wkoll uffiċjali għolja mill-UDiTE li hija organizzazzjoni għall-kapijiet amministrattivi fil-qasam tal-Gvern Lokali madwar l-Ewropa, kif ukoll kapijiet amministrattivi mill-Irlanda, Franza, l-Italja, ir-Rumanija u l-Belġju.

Fid-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli rreferiet għall-fatt li kienet l-ANSEK li ħadmet sabiex il-kunsilli reġjonali jiġu introdotti fis-settur tal-gvern lokali f’pajjiżna. Hija qalet li l-għan ewlieni tal-kunsilli reġjonali huwa li jkunu ta’ sostenn għall-kunsilli lokali fi ħdanhom sabiex jaqdu d-dmirijiet tagħhom b’mod effiċjenti u effikaċi u jkomplu jwasslu servizz tal-ogħla kwalità liċ-ċittadini.

Is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli sostniet ukoll li l-irwol tas-segretarji eżekuttivi huwa kruċjali sabiex ikun hemm komunikat effiċjenti u b’saħħtu bejn il-kunsilli lokali u l-kunsill reġjonali rispettiv, dan filwaqt li jkomplu jżommu liċ-ċittadini fiċ-ċentru ta’ ħidmiethom. Hija temmet id-diskors tagħha billi rringrazzjat lis-segretarji eżekuttivi tal-ħidma tagħhom. 

Min-naħa tiegħu, il-President tal-ANSEK Paul Gatt ħeġġeġ lill-kunsilli lokali sabiex jutilizzaw ir-riżorsi tagħhom bl-aħjar mod sabiex ikomplu jindirizzaw il-bżonnijiet tal-lokalitajiet u r-residenti. 

F’din il-konferenza saru preżentazzjonijiet minn ħames kelliema differenti fuq il-ħidma bejn il-kunsilli lokali u r-reġjuni. Saret ukoll diskussjoni fuq diversi aspetti relatati ma’ dan il-qasam bħall-implimentazzjoni effettiva ta' policies ġodda u servizzi aktar ċentralizzati, fost l-oħrajn. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Iċ-ċittadini fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Iċ-ċittadini fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Iċ-ċittadini fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow