Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: L-iskema ta’ rifużjoni tal-mediċini tal-IVF

PR241163
Date Icon 05/07/2024

Hekk kif fl-aħħar ġimgħat il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar l-estensjoni tal-iskema ta’ rifużjoni tal-mediċini tal-IVF, l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun (EPA) kellha rispons pożittiv ħafna minn ġenituri prospettivi li għamlu t-trattament ta’ prokreazzjoni medikament assistita fi kliniċi liċenzjati privati f’Malta.

Malli tħabbret l-estensjoni ta’ din l-iskema, bosta ġenituri prospettivi avviċinaw lill-EPA hekk kif dawn għamlu t-trattament ta’ prokreazzjoni medikament assistita fi kliniċi barra minn Malta. Għaldaqstant, il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jħabbar li l-Awtorità se tkun qed tiġbor l-informazzjoni ta’ dawk il-ġenituri prospettivi li għamlu t-trattament ta’ prokreazzjoni medikament assistita barra minn Malta, kemm dawk li għamlu t-trattament minn Jannar 2023 ’l quddiem kif ukoll qabel.    

Kull informazzjoni għandha tintbagħat lill-Awtorità fuq info.epa@gov.mt. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja l-EPA fuq 25951650.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow