Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Varata l-kampanja annwali Saving Our Blue għal aktar għarfien dwar plastik li jintuża darba

PR241161
Date Icon 05/07/2024

Ġiet varata l-kampanja annwali Saving Our Blue, bl-għan li jkompli jitkattar l-għarfien dwar plastik li jintuża darba. Il-kampanja ġiet varata mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli waqt attività organizzata ma’ EkoSkola u NatureTrust Malta.

Il-kampanja, li daħlet fis-sitt sena tagħha, għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar l-effetti detrimentali tal-iskart mormi illegalment. Din il-kampanja tippromwovi l-użu ta’ materjali sostenibbli u li jistgħu jerġgħu jintużaw minflok affarijiet magħmulin mill-plastik li jintużaw darba biss.

L-attività ttellgħet fiċ-Ċentru tar-Riabilitazzjoni tal-Annimali fi Xrobb l-Għaġin, fejn annimali bħal qniefed, fkieren, sriep u friefet il-lejl, fost oħrajn, jingħataw il-kura. 

“Qed nagħmlu passi sinifikanti ’l quddiem fl-implimentazzjoni tal-pjan tal-immaniġġjar tal-iskart u qed naraw ukoll ir-riżultati tiegħu. Iżda dawn ir-riżultati ma jkunux possibbli mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ kulħadd. Għalkemm il-kampanja tiffoka primarjament fuq il-ħarsien tal-ibħra, permezz ta’ Saving Our Blue qed inkomplu nedukaw dwar kif innaqqsu l-iskart u kif niddisponu minnu filwaqt li nippromwovu għażliet sostenibbli,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-President ta’ Nature Trust Malta Vince Attard spjega li l-kampanja Saving Our Blue u x-xogħol li jsir fiċ-ċentru jikkumplimentaw lil xulxin. “Dawn l-inizjattivi jikkumplimentaw lil xulxin; filwaqt li Saving Our Blue tiffoka fuq li titqajjem kuxjenza dwar l-effetti u l-perikli tal-iskart mormi irresponsabbli fil-baħar, iċ-ċentru jipprovdi kura essenzjali għall-annimali selvaġġi feruti, inklużi l-fkieren tal-baħar li ndarbu mill-plastik jew minn skart ieħor mormi fil-baħar,” qal is-Sur Attard.

Din is-sena ġie introdott mobile unit li se jkompli jwassal il-messaġġ ta’ din il-kampanja. F’dan il-unit, il-viżitaturi jistgħu jilbsu apparat tar-realtà virtwali li juru xeni taħt il-baħar. 

Waqt l-attivitajiet tal-lum, it-tfal raw kif tingħata l-kura lill-annimali filwaqt li esploraw ukoll is-sbuħija ta’ Xrobb l-Għaġin, li reċentement ingħata l-protezzjoni ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni. L-istudenti ġew milqugħa mill-mascot tal-kampanja, Maggie l-fekruna tal-baħar. Il-mascot ingħatat l-isem wara li fl-2019 sajjieda salvaw fekruna, fejn sabuha maqbuda fi skart mormi fil-baħar. Il-fekruna kienet tilfet il-pala ta’ quddiem u partijiet mill-pala ta’ wara tagħha.

Il-pubbliku huwa wkoll mistieden jieħu sehem fl-inizjattivi organizzati mit-tim Saving Our Blue, fi ħdan il-ministeru. Dawk interessati huma mħeġġa jikkuntattjaw lit-tim permezz tal-paġni Saving Our Blue fuq Facebook u Instagram. 

Aktar informazzjoni dwar inizjattivi tinsab fuq www.savingourblue.gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Varata l-kampanja annwali Saving Our Blue għal aktar għarfien dwar plastik li jintuża darba
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Varata l-kampanja annwali Saving Our Blue għal aktar għarfien dwar plastik li jintuża darba
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Varata l-kampanja annwali Saving Our Blue għal aktar għarfien dwar plastik li jintuża darba
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Varata l-kampanja annwali Saving Our Blue għal aktar għarfien dwar plastik li jintuża darba
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow