Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-EWA tniedi inizjattiva ta’ ‘Water Leakage Detection’ għall-għaqdiet volontarji

pr241157
Date Icon 04/07/2024

Proġett pilota mniedi mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) se jgħin lill-għaqdiet volontarji jtejbu l-operat tagħhom billi jinstallaw sistema li tidentifika telf ta' ilma mingħajr ħlas. L-inizjattiva, li se tiftaħ fil-15 ta' Lulju, se tipprovdi lil min japplika u jintgħażel, kit li jiswa madwar €500 biex jgħin fil-monitoraġġ tal-ilma u jidentifika telf ta' ilma.

Il-proġett pilota għandu l-għan li jifhem aħjar kif l-għaqdiet volontarji jistgħu jnaqqsu l-ħela tal-ilma u jappoġġjawhom fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-ilma. Il-kit se jkun integrat mat-tankijiet tal-ilma fil-binja tal-għaqda, u se jimmonitorja kontinwament l-ilma u jidentifika jekk ikunx hemm telf ta' ilma.

Din l-inizjattiva tibni fuq is-suċċess ta' inizjattivi preċedenti mmirati biex iħeġġu prattiċi sostenibbli fost l-għaqdiet volontarji. Dan tħabbar waqt żjara mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv tal-EWA l-Inġ Manuel Sapiano. Intant, fil-Palazz ta' Santa Marija fl-Imqabba, is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Gorg V, uriet l-investiment li għamlet f'operazzjonijiet sostenibbli grazzi għall-appoġġ tal-EWA.

Din l-għaqda volontarja kienet waħda minn 40 organizzazzjoni li bbenefikaw minn skemi offruti mill-istess Aġenzija fl-aħħar sentejn. Dawn l-iskemi appoġġjaw għaqdiet volontarji – bħal każini tal-banda u klabbs sportivi – fl-implimentazzjoni ta' proġetti sostenibbli li kienu jvarjaw minn tindif u manutenzjoni ta' ġibjuni tal-ilma u installazzjoni ta' PVs sa titjib tas-sistemi tad-dawl b'LEDs  li huma iktar effiċjenti fl-enerġija.

“Huwa inkoraġġanti li naraw aktar għaqdiet volontarji jingħaqdu fil-vjaġġ tagħna lejn operazzjonijiet aktar nodfa. Wara li investiet iktar minn €1 miljun f'sentejn biss għal dan il-għan, l-EWA issa qed tagħti bidu għal proġett pilota biex jgħin inaqqas il-ħela tal-ilma li jfisser iktar effiċjenza ambjentali u inqas spejjeż. Is-settur tal-volontarjat huwa importanti għall-komunità tagħna, u aħna impenjati li ngħinu lil dawn l-organizzazzjonijiet isiru aktar effiċjenti u sostenibbli," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Ministru ħeġġet lill-għaqdiet volontarji biex jagħmlu użu minn prattiċi sostenibbli u b'hekk ikunu qed jikkontribwixxu fil-konservazzjoni tar-riżorsi.

Il-Kap Eżekuttiv Manuel Sapiano qal li huwa inkoraġġanti jara l-interess dejjem jikber fl-iskemi tal-Aġenzija mmirati lejn għaqdiet volontarji.  “B'din l-inizjattiva ġdida, qed nimmiraw li nkomplu nappoġġjaw lill-għaqdiet volontarji biex isiru aktar effiċjenti u jonqos il-ħela tal-ilma. Hija wkoll miżura li tikkontribwixxi lejn azzjoni klimatika," qal Inġ. Sapiano.

Min-naħa tiegħu, il-president tal-każin tal-banda Carlo Sciberras qal, “L-organizzazzjoni tagħna bbenefikat mill-installazzjoni ta' pannelli PV, li rriżultaw fi ffrankar sinifikanti. Inħeġġu lill-għaqdiet volontarji oħra biex jieħdu vantaġġ minn skemi bħal dawn."

L-applikazzjonijiet għal din l-inizjattiva ġdida ta' Water Leakage Detection se jkunu miftuħa mill-15 ta' Lulju 2024 sat-13 ta' Settembru 2024. L-organizzazzjonijiet interessati jistgħu japplikaw billi jibgħatu email fuq scheme.vo@gov.mt. Din l-inizjattiva se topera fuq bażi ta' first-come-first-served.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-EWA tniedi inizjattiva ta’ ‘Water Leakage Detection’ għall-għaqdiet volontarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-EWA tniedi inizjattiva ta’ ‘Water Leakage Detection’ għall-għaqdiet volontarji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow