STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jagħmel referenza għall-istqarrija illi ħarġet il-Fakultà għall-Benesseri Soċjali dwar l-emendi proposti dwar il-professjonijiet tal-psikoloġija, tal-ħaddiema soċjali u l-'counselling'. Il-Ministeru jieħu pjaċir jinnota li hemm qbil unanimu dwar l-introduzzjoni tal-bordijiet tal-appell. Kwalunkwe deċiżjoni għandha tkun appellabbli għaliex dan huwa dritt fundamentali, prinċipju ta' ġustizzja, u mnebbaħ minn regoli ta' governanza tajba.
Il-Ministeru jixtieq jinforma illi qabel l-istadju ta' Kumitat fil-Parlament, se jsiru laqgħat mal-partijiet kollha konċernati.
F'dan il kuntest il-Ministeru dejjem ħadem biex isaħħaħ il-professjonijiet soċjali bil-għan li tingħata l-għajnuna li hemm bżonn minn professjonisti. Iktar minn hekk irridu niżguraw settur vibranti illi jattira iktar persuni sabiex jaħdmu fis-settur soċjali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN