Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tan-Nadur

pr241143
Date Icon 02/07/2024

Nomini ta' Kandidati

Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta' Kunsillier għall-Kunsill Lokali tan-Nadur wara r-riżenja tal-Kunsillier Corey Cardona, sa nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Lulju, 2024 f'nofsinhar.

Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom  personalment fl-Uffiċċju Elettorali fir-Rabat, Għawdex bejn l-10:00 ta' filgħodu u nofsinhar minn nhar l-Erbgħa 3 ta' Lulju sal-Ġimgħa 5 ta' Lulju, 2024, jew  onlajn permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations minn nhar l-Erbgħa 3 ta' Lulju fl-10:00 ta' filgħodu sa nofsinhar tal-Ġimgħa, 5 ta' Lulju, 2024.

Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F'każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta' mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma' kull nomina għandu jsir depożitu ta' €90. 

Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow