Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL

pr241136
Date Icon 29/06/2024

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jirreferi għal dak li qal Roger Agius, wieħed mill-allegati mħuħ wara l-abbużi li saru fl-Assistenza għal Diżabbiltà Severa.

Hija assolutament gidba li sparixxew xi files mediċi kif qed jallega Agius.

Kull file virtwali jew fiżiku mitlub mill-Pulizija ġie mgħoddi lilha fl-intier tiegħu għall-investigazzjoni u kull file ġie skrutinizzat fl-intier tiegħu. Il-biċċa l-kbira tal-files huma virtwali u bis-sistema online, l-ebda dokument jew parti minnu ma tista' titneħħa mingħajr ma jkun hemm traċċa ta' dan.

Li kieku verament seħħ dak li qed jivvinta Agius, kieku dan jista' jiġi identifikat faċilment.

Huwa ovvju aktar minn qatt qabel li Agius għandu diffikultà kbira jispjega x'kien l-involviment tiegħu fl-allegat 'racket', li jidher ċar kristall li mhux veru sar għall-voti kif qed jallega hu imma għal raġunijiet oħra li eventwalment jiġu stabbiliti fil-Qorti.

Mill-investigazzjonijiet li saru dwar il-files kollha nstab li 340 persuna kienu qed jieħdu din l-assistenza b'qerq. Il-ħlasijiet ġew imwaqqfa immedjatament u qed jinġabru lura. Ma' dawn hemm ukoll l-istess Roger Agius, li kien qed jirċievi l-Assistenza għal Diżabilità Severa b'qerq u li għandu jirrifondi lura €43,398. Somma li tkopri mill-11 ta' Ġunju 2016 sat-3 ta' Novembru 2023. Minn dan l-ammont, Agius għadu ma rrifonda xejn u lanqas għamel talba biex jidħol fi ftehim ta' ħlas lura mad-Dipartiment.

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jfakkar li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kkopera bi sħiħ mal-Pulizija mal-mument li ntalab jgħaddi l-informazzjoni mitluba. Il-Ministeru jappella wkoll lill-Qorti biex tieħu nota tal-ksur regolari tal-prinċipju bażiku tal-ġustizzja li qed isir f'dan il-każ li għadu 'sub-judice', għall-kuntrarju ta' każi oħrajn fejn l-istess Qorti qed tapplika dan il-prinċipju b'fermezza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow