Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Imniedi l-Programm tas-Sajf tal-Istudenti 2024 ta’ Heritage Malta

pr241132
Date Icon 29/06/2024

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-Programm tas-Sajf tal-Istudenti 2024, li permezz tiegħu se jiġi provdut staġun mimli tagħlim u esperjenzi edukattivi mill-isbaħ għal tfal u żgħażagħ li għandhom għal qalbhom wirt pajjiżna.

Il-Ministru Bonnici spjega li l-programm ta' din is-sena se jkun mifrux minn Lulju sa Settembru u se jkun qed joffri 19-il attività li jiffukaw fuq it-tema tal-baħar. “Dan il-programm qed iservi biex ikattar il-kuxjenza fost l-iżgħar ġenerazzjonijiet dwar l-importanza li jiġu mħarsa l-oċeani u l-ibħra tagħna," spjega Dr Bonnici.

Huwa qal li l-avvenimenti fil-programm joffru esperjenza mill-isbaħ ta' diversi suġġetti u siti storiċi, biex b'hekk l-istudenti kollha li jipparteċipaw jieħdu gost waqt li jisfruttaw bl-aqwa mod il-Passaport tal-Istudenti ta' Heritage Malta dan is-sajf.

Vanessa Ciantar, l-Assistent Manager tat-Taqsima tal-Edukazzjoni u l-Outreach fi ħdan Heritage Malta, spjegat kif l-avvenimenti fil-programm huma mfassla biex joffru esplorazzjoni vibranti ta' diversi suġġetti u siti storiċi, biex b'hekk jiżguraw esperjenza mill-isbaħ għall-istudenti kollha.

Kull attività se ssir f'ambjent sigur u kkontrollat, li jżomm mal-linji gwida kollha dwar is-saħħa u s-sigurtà. Il-programm hu miftuħ għal dawk li għandhom il-Passaport tal-Istudenti ta' Heritage Malta, li jista' jinkiseb b'xejn mill-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex. L-ispazju għal kull attività hu limitat, u għalhekk il-ġenituri huma mħeġġa jaħsbu kmieni biex jaċċertaw post għal uliedhom.

Għal aktar tagħrif u dettalji dwar kull avveniment, żur: www.heritagemalta.mt/whats-on.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Imniedi l-Programm tas-Sajf tal-Istudenti 2024 ta’ Heritage Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Imniedi l-Programm tas-Sajf tal-Istudenti 2024 ta’ Heritage Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow