STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tas-Serbja Mirjana Jeremić tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali
L-Ambaxxatriċi mhux residenti tar-Repubblika tas-Serbja Mirjana Jeremić ippreżentat l-Ittri ta' Kredenzjali tagħha lill-President Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Waqt il-laqgħa, il-President Spiteri Debono enfasizzat il-kooperazzjoni bejn Malta u s-Serbja fejn jidħlu sforzi multilaterali fl-OSCE, filwaqt li esprimiet ukoll appoġġ għad-diskussjoni dwar il-kandidatura tas-Serbja biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, għat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, peress li dan jista' jagħti vuċi aktar b'saħħitha lill-Unjoni Ewropea fl-affarijiet internazzjonali u jkollu benefiċċji oħra għar-reġjun.
L-Ambaxxatriċi rrimarkat li f'Malta hawn komunità Serba mdaqqsa. Kien hemm qbil miż-żewġ partijiet dwar il-ħtieġa li jiġu esplorati mezzi biex tikber il-kooperazzjoni bejn Malta u s-Serbja, u l-Ambaxxatriċi rrimarkat li għandha l-pjan li żżur Malta ta' spiss biex twettaq il-missjoni tagħha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN