STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, Ricardo Javier Varela Fernández, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali
L-Ambaxxatur mhux residenti tar-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, Ricardo Javier Varela Fernández, ippreżenta l-Ittri ta' Kredenzjali tiegħu lill-President Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Waqt il-laqgħa, il-President enfasizzat il-fatt li, għalkemm m'hemmx konnessjonijiet faċli bejn Malta u l-Urugwaj, la bil-baħar u lanqas bl-ajru, jistgħu jiġu esplorati u jitrawmu opportunitajiet ta' kooperazzjoni bejn Malta u l-Urugwaj, pereżempju permezz tat-turiżmu u t-tagħlim tal-Ingliż bħala lingwa barranija. L-Ambaxxatur qabel u ddikjara l-ħtieġa ta' interazzjonijiet bejn il-popli, u l-impatt li interazzjonijiet bħal dawn jista' jkollhom fuq ir-relazzjonijiet bilaterali.
Il-President enfasizzat l-importanza tal-konklużjoni u l-iffirmar tal-ftehim kummerċjali UE-MERCOSUR, bħala mezz ta' benefiċċju reċiproku biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerka Latina.
L-Ambaxxatur faħħar il-missjoni u l-valuri ta' Malta fix-xena internazzjonali, u nnota u qabel mal-President dwar l-influwenza prominenti li jista' jkollhom il-pajjiżi kollha minkejja d-daqs relattiv tagħhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN