STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika tal-Gambja Noah Touray, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali
Il-Kummissarju Għoli mhux residenti tar-Repubblika tal-Gambja Noah Touray ippreżenta l-Ittri ta' Kredenzjali tiegħu lill-President Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Waqt il-laqgħa, il-President Spiteri Debono ferħet lill-Kummissarju Għoli għall-fatt li l-Gambja hija wieħed mill-aktar pajjiżi sikuri u politikament stabbli fl-Afrika.
Id-diskussjoni dwar ir-relazzjonijiet bilaterali ffokat fuq possibilitajiet ta' investiment kif ukoll skambji, bħal fl-edukazzjoni, li jistgħu jqarrbu liż-żewġ popli aktar lejn xulxin, b'mod speċjali peress li ż-żewġ pajjiżi huma familjari mal-lingwa Ingliża.
Il-Kummissarju Għoli faħħar il-valuri komuni tal-Gambja u Malta, li jidhru b'mod ċar mill-approċċ rispettiv tagħhom għall-affarijiet dinjija kif ħareġ fil-Commonwealth u f'fora internazzjonali oħra.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN