Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar il-mard li ma jitteħidx

pr241114
Date Icon 27/06/2024

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva nieda dokument ta' konsultazzjoni dwar Non-Communicable Diseases, li jinkludi qafas ta' politika għall-prevenzjoni ta' mard li ma jitteħidx.


Waqt it-tnedija, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela spjega kif Non-Communicable Diseases huwa mard fit-tul li ma jitteħidx minn persuna għal oħra.


Id-dokument ta' konsultazzjoni jinkludi miżuri ewlenin li jiffaċilitaw il-ġlieda kontra dan it-tip ta' mard bħal: tnaqqis fl-użu tat-tabakk; tnaqqis fl-użu tal-alkoħol; tnaqqis ta' piż żejjed u tal-obeżità; ikel tajjeb għas-saħħa; żieda fl-attività fiżika; dijanjosi aktar bikrija; promozzjoni tas-saħħa u l-benesseri mentali.


Il-Ministru Abela saħaq li l-indirizzar ta' dan it-tip ta' mard  huwa ta' prijorità nazzjonali. Kompla li din l-istrateġija għandha l-għan li trawwem kollaborazzjoni u koordinazzjoni bejn setturi u partijiet interessati li għandu jwassal għal titjib fis-saħħa u l-benessri tal-popolazzjoni.


Il-Ministru Abela qal kif dan il-mard huwa responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-imwiet madwar id-dinja. “Permezz ta' dan id-dokument qed inkomplu bil-ħidma tagħna biex nipprevjenu dan it-tip ta' mard, bħal ma huwa mard tal-qalb, kanċer, mard respiratorju kroniku, obeżità u dijabete, fost oħrajn, b'din il-ħidma twassal għal ħajja aktar sana," temm jgħid il-Ministru Abela.


Il-konsultazzjoni pubblika hija miftuħ mis-27 ta' Ġunju sat-23 t'Awwissu 2024. Id-Dokument ta' Konsultazzjoni jista' jiġi aċċessat hawn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar il-mard li ma jitteħidx
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar il-mard li ma jitteħidx
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow