Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI: Inawgurata l-65 edizzjoni tal-Malta Trade Fair

pr241105
Date Icon 26/06/2024

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri fetaħ uffiċjalment il-65 edizzjoni tal-Malta Trade Fair. Dan huwa avveniment sinonimu mal-wasla tas-sajf, fejn jattira familji biex igawdu din il-fiera.

Matul l-istorja twila tagħha, it-Trade Fair evolviet u tirrifletti t-trasformazzjoni tal-pajjiż u l-bidliet fil-prodotti preżentati. Minkejja dawn il-bidliet, is-suċċess dejjiemi tal-fiera għandu l-għeruq fil-kuntatt dirett bejn l-esebituri u l-klijenti u l-offerti ppreżentati.

Il-Ministru Silvio Schembri qal, “F'din il-fiera għandna eżempju ħaj tad-diversifikazzjoni li nsibu fl-ekonomija tagħna, u hija din id-diversifikazzjoni li tagħmilna reżiljenti. Intom l-esibituri għandkom tużaw din il-fiera biex issir networking bejnietkom u b'hekk tistgħu tkabbru l-opportunitajiet tagħkom. Bħala gvern, kif diġà konna hemm fil-passat, nibqgħu kommessi li nkunu ta' appoġġ għalikom. It-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna huwa mertu tagħkom."

Il-Malta Trade Fair se tkun miftuħa għall-pubbliku minn għada 27 ta' Ġunju sas-7 ta' Lulju, fl-MFCC Ta' Qali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI: Inawgurata l-65 edizzjoni tal-Malta Trade Fair
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI: Inawgurata l-65 edizzjoni tal-Malta Trade Fair
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow