Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Madwar 35,000 persuna mistennija jattendu l-kunċert ta’ Ed Sheeran f’Ta Qali

pr241095
Date Icon 25/06/2024

Għaddejjin ġmielhom l-aħħar preparamenti għalll-kunċert ta' Ed Sheeran f'Ta' Qali. Għal dan il-kunċert ta' dan l-artist ta' fama mondjali huwa mistenni li jattendu madwar 35,000 persuna.

Apparti l-eluf ta' Maltin u Għawdxin li ser jerħulha lejn Ta' Qali biex isegwu l-ispettaklu ta' dan l-artist, huwa mistenni li jattendu wkoll numru ta' turisti li ġejjin f'pajjiżna propju biex ikunu parti minn dan il-kunċert.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia u l-organizzaturi ta' dan l-avveniment.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif pajjiżna sena wara oħra qiegħed ikompli jattira ismijiet tal-ogħla livell fid-dinja tad-divertiment. “Filwaqt li sa ftit tas-snin ilu artisti ta' portata bħal Ed Sheeran kien ikollok issiefer biex tmur tarahom, illum qiegħed jirnexxilna nattirawhom lejn pajjiżna biex ikunu jistgħu jitgawdew lokalment," saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Madwar 35,000 persuna mistennija jattendu l-kunċert ta’ Ed Sheeran f’Ta Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Madwar 35,000 persuna mistennija jattendu l-kunċert ta’ Ed Sheeran f’Ta Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Madwar 35,000 persuna mistennija jattendu l-kunċert ta’ Ed Sheeran f’Ta Qali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow