Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI L-Awtorità tal-Artijiet tinvesti fit-taħriġ tal-impjegati tagħha

pr241093
Date Icon 24/06/2024

Ħdax-il impjegat tal-Awtorità tal-Artijiet irċevew ċertifikat ta' rikonoxximent wara li temmew b'suċċess kors ta' studju fl-Immaniġġjar Sostenibbli tal-Artijiet organizzat b'kollaborazzjoni mal-Università ta' Malta.

Il-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi faħħar l-inizjattiva tal-Awtorità tal-Artijiet li tinvesti biex tħarreġ lill-impjegati tagħha u stqarr li t-taħriġ huwa proċess li għandu jibqa' għaddej tul il-ħajja.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi tkellem dwar l-irwol ċentrali li għandha l-Awtorità tal-Artijiet li tamministra l-art f'pajjiżna. Semma wkoll li barra l-irwol li tamministra l-art, tiġbor il-flus mill-kirjiet, u toħroġ tenders meta jkun hemm art li trid tiddisponi minnha, għandha wkoll l-irwol li tara s-sostenibbiltà tal-operat tagħha.

“Nemmen li l-Awtorità għandha tibqa' tinvesti aktar fit-taħriġ tal-impjegati biex ittejjeb il-proċessi tagħha u tagħmilhom aktar effiċjenti u fl-istess ħin tattira aktar impjegati lejha," sostna l-ministru, filwaqt li rringrazzja lill-Awtorità għall-inizjattiva li ħadet u lill-Università ta' Malta u lill-Professur Maria Attard li bil-kollaborazzjoni tagħhom seta' jiġi organizzat dan it-taħriġ.

Min-naħa tiegħu, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Robert Vella tkellem ukoll dwar l-importanza tat-taħriġ għall-impjegati tal-Awtorità.

Preżenti wkoll kien hemm iċ-Chairperson tal-Bord tal-Awtorità Dr John Vassallo u l-Professur Maria Attard mill-Università ta' Malta li kkordinat il-kors tat-taħriġ.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI L-Awtorità tal-Artijiet tinvesti fit-taħriġ tal-impjegati tagħha
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI L-Awtorità tal-Artijiet tinvesti fit-taħriġ tal-impjegati tagħha
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI L-Awtorità tal-Artijiet tinvesti fit-taħriġ tal-impjegati tagħha
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow