Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitnieda l-programm Summer in Gozo – aktar minn 130 attività kulturali, artistiċi u mużikali għal dan is-sajf

pr241090
Date Icon 24/06/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri nieda l-programm “Summer in Gozo" li jinkludi kalendarju kulturali estensiv, mifrux fuq 13-il ġimgħa, b'diversi attivitajiet mifruxa madwar Għawdex.

Dan il-programm kulturali vast, li jinkludi aktar minn 130 attività u li hu koordinat mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, ħaseb biex itella' attivitajiet kulturali, artistiċi u mużikali matul il-ġranet kollha tas-sajf.

“Dawn l-attivitajiet saru mhux biss sinonimi ma' Għawdex għal matul dan il-perjodu partikolari, iżda aktar minn hekk, huma attivitajiet mistennija u mfittxija minn bosta," qal il-Ministru Clint Camilleri.

Huwa stqarr li permezz ta' dawn l-attivitajiet mhux biss in-nies se jkunu qed igawdu minn dan il-programm li fih varjetà u xelta ta' avvenimenti, iżda ser jara s-sehem ta' artisti lokali u internazzjonali kif ukoll se jagħti spinta ekonomika lokali.

“Permezz ta' dawn l-attivitajiet, ser inkun qed inroddu lura l-pjazez fil-qalba tal-irħula tagħna, kif wegħdna, biex jitgawdew min-nies li jogħġobhom jattendu u dan peress li bosta pjazez ser ikunu magħluqa għat-traffiku waqt tmiem il-ġimgħa", qal il-ministru.

Il-programm “Summer in Gozo" jinsab kemm fuq il-website https://eventsingozo.com/ kif ukoll fuq l-applikazzjoni eventsingozo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitnieda l-programm Summer in Gozo – aktar minn 130 attività kulturali, artistiċi u mużikali għal dan is-sajf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitnieda l-programm Summer in Gozo – aktar minn 130 attività kulturali, artistiċi u mużikali għal dan is-sajf
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow