STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI U D-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA
Kawża ta' nirien li żviluppaw fl-aħħar ħin minn bastiment sorġut fuq il-moll waqt it-tiswija f'shipyard privata fil-Marsa, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jirrakkomanda sabiex residenti li jgħixu qrib din it-tarzna privata u l-madwar iżommu t-twieqi tar-residenza tagħhom magħluqin sakemm ikunu kontrollati n-nirien.
Il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minnufih kienu fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nirien.
Ma hemmx rapporti ta' nies midruba.
Id-Dipartiment tas-Saħħa javża biex jekk ikun hemm min jesperjenza sintomi bħal diffikultà biex jieħdu n-nifs, sogħla persistenti, jew uġigħ fis-sider, għandhom ifittxu l-attenzjoni medika immedjata.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jirrakkomanda wkoll sabiex għalissa n-nies jevitaw l-inħawi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN