Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-impenn ta’ Malta lejn transizzjoni ekoloġika ġusta u sostenibbli jibqa’ b’saħħtu – Ministru Dalli

pr241074
Date Icon 21/06/2024

Il-Kummissjoni Ewropea f'Malta għall-sensiela ta' laqgħat dwar l-enerġija u l-klima

Għaddej ix-xogħol fuq il-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima (NECP) ta' Malta għall-2024. Dan il-pjan se jistabbilixxi t-triq li l-pajjiż irid jieħu fit-transizzjoni lejn ekonomija aktar dekarbonizzata fis-setturi kollha filwaqt li jirrifletti r-realtajiet u l-isfidi li pajjiżna għandu bħala stat gżira.

Waqt laqgħa ma' delegazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli spjegat fid-dettall il-pjan tal-Ministeru f'din it-transizzjoni lejn ekonomija ħadra. Dan billi l-pajjiż jibqa' jinvesti f'sorsi tal-enerġija li huma nodfa u li jkompli jappoġġja miżuri li jiffavorixxu politika dwar il-klima.  

Id-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għaddejja b'sensiela ta' laqgħat dwar l-enerġija u l-klima ma' diversi pajjiżi inkluż Malta. Id-delegazzjoni mmexxija minn Matthew Baldwin, Viċi Direttur Ġenerali fid-DG ENER, f'Malta kellha numru ta' laqgħat ma' stakeholders differenti mis-settur pubbliku, NGOs ambjentali u l-industrija sabiex jiddiskutu l-miri klimatiċi għall-2040.

“Impenjati li nkomplu mmexxu 'l quddiem politika u miżuri oħra li jgħinu lil Malta tkompli tnaqqas l-emissjonijiet. Ser nibqgħu niffokaw sabiex nikkunsidraw aktar investiment fejn hu meħtieġ filwaqt li nikkunsidraw ukoll il-prinċipji tal-implimentazzjoni ta' transizzjoni ġusta," qalet il-Ministru Dalli.

Il-Ministru rreferiet għal inizjattivi u miżuri li qed jittieħdu, fosthom it-twaqqif tal-Awtorità ffukata fuq l-azzjoni dwar il-klima, il-pubblikazzjoni tan-National Policy for the Deployment of Offshore Renewables, il-konsultazzjoni preliminari dwar proġetti ta' pannelli fotovoltajċi f'wiċċ il-baħar, l-appoġġ lin-negozji u l-familji biex jinvestu f'sistemi aktar sostenibbli u l-investiment kontinwu fl-infrastruttura tal-pajjiż.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li, fl-2023, l-istokk totali tal-installazzjonijiet kien jammonta għal 33,818 PV. Meta mqabbla mal-2022, il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn PVs konnessi mal-grid żdiedet b'6.7%, b'total ta' valur stmat ta' 309.3 GWh.

Il-Ministru għall-Enerġija ħeġġet lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi soluzzjonijiet imfassla biex tiżgura li l-ispiża tat-teknoloġija tad-dekarbonizzazzjoni titqassam b'mod ekwu, partikolarment għal dawk l-Istati Membri li huma favur din it-teknoloġija.

“Jeħtieġ li tiġi ffaċilitata transizzjoni aktar ġusta lejn is-sostenibbiltà, filwaqt li jiġi żgurat li l-pajjiżi li jinsabu fil-periferija ma jġorrux piż b'mod sproporzjonat. Dan ukoll biex il-pajjiżi jikkontribwixxu b'mod effettiv u jibbenefikaw mill-għanijiet tal-UE dwar il-klima," qalet il-Ministru.

F'kummenti wara l-laqgħa, is-Sur Baldwin qal li huwa “inkoraġġanti li nara d-determinazzjoni ta' Malta fir-rigward il-pjan nazzjonali tal-enerġija għall-klima. Pjanijiet bħal dawn huma importanti għaliex iservu bħala gwida għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni u l-investiment rispettiv tagħhom. Smajna affarijiet pożittivi dwar kif Malta qed taħdem fuq dawn il-pjanijiet. Min-naħa tagħna se nkunu qed nikkunsidraw il-pressjonijiet li Malta qed taffaċċja bħala gżira żgħira fil-periferija tal-Ewropa. Aħna lesti niddiskutu, nisimgħu u nifhmu, u nkunu nistgħu naraw mill-qrib dawn l-isfidi u opportunitajiet li Malta se jkollha fil-futur matul dawn iż-żminijiet ta' sfida iżda eċitanti tat-tranżizzjoni klimatika."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-impenn ta’ Malta lejn transizzjoni ekoloġika ġusta u sostenibbli jibqa’ b’saħħtu – Ministru Dalli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-impenn ta’ Malta lejn transizzjoni ekoloġika ġusta u sostenibbli jibqa’ b’saħħtu – Ministru Dalli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow