Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI: Il-Ministru Silvio Schembri f’laqgħat bilaterali fl-Armenja

PR241071
Date Icon 20/06/2024

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri ltaqa’ mal-Ministru tal-Ekonomija tal-Armenja Gevorg Papoyan ġewwa Yerevan fl-Armenja, fejn ġew diskussi r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi u l-potenzjal ta’ iktar attività ekonomika bejn Malta u l-Armenja. Il-ministri tkellmu fuq possibilitajiet ta’ investimenti f’oqsma bħat-teknoloġija u r-riċerka, kif ukoll opportunitajiet ta’ koperazzjoni bejn entitajiet varji miż-żewġ pajjiżi. 

Il-Ministru Schembri semma li f’Malta għandna kumpaniji Armeni fil-qasam tat-teknoloġija u tal-gaming li qed ikomplu jinvestu. Ġiet diskussa wkoll il-possibilità li jkun hemm setturi oħra bħal software development li jħarsu lejn Malta bħala l-bażi Ewropea ta’ kumpaniji mill-Armenja. 

Il-Ministru Popoyan min-naħa tiegħu qal li l-Armenia hija miftuħa għal investiment mill-Unjoni Ewropea b’mod partikolari biex tissaħħaħ l-ekonomija diġitali, l-ekosistema tal-istart-ups fl-Armenja u fil-qasam tal-blockchain, AI, cybersecurity u video game development. Iż-żewġ ministri qablu wkoll fuq il-bżonn ta’ konnettività aħjar bejn iż-żewġ pajjiżi permezz ta’ rotot iktar effiċjenti tal-ajru. 

Il-Ministru Silvio Schembri kellu laqgħat ma’ kumpaniji b’interess f’Malta matul iż-żjara fil-kapitali Armena.  Huwa kien akkumpanjat miċ-Chairman Eżekuttiv tal-INDIS Malta Jean-Pierre Attard u mill-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI: Il-Ministru Silvio Schembri f’laqgħat bilaterali fl-Armenja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow