Left arrow Go Back

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: 27 skola u 7,300 student jipparteċipaw fis-7 Edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali

PR241070
Date Icon 20/06/2024

“Qed nenfasizzaw l-importanza tal-qari fost it-tfal tagħna anki permezz ta’ din l-inizjattiva, il-Qaritona Nazzjonali, llum fis-seba’ edizzjoni tagħha. Permezz tagħha mhux biss qed inħeġġu aktar tfal biex jaqraw aktar, imma wkoll qed indaħħlu fihom ġest nobbli li jgħinu lil tfal oħrajn bħalhom.” Hekk qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima meta flimkien mal-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, Chairperson ta’ The Malta Trust Foundation, indirizzaw l-għeluq tal-edizzjoni ta’ din is-sena.

Dan il-proġett għandu l-għan li jħeġġeġ u jrawwem imħabba għall-qari, flimkien mal-promozzjoni tal-litteriżmu filwaqt li jnissel fit-tfal il-valuri tas-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali. Id-dħul li jidħol minn din l-inizjattiva jmur biex jinxtara apparat u għalhekk jappoġġja grupp ieħor ta’ tfal li huma fil-bżonn.

Marie-Louise Coleiro Preca qalet li, “il-Qaritona Nazzjonali qed turi lil mijiet ta' tfal li l-qari mhux biss huwa neċessarju għall-iżvilupp intellettwali u kreattiv tagħhom, imma huwa wkoll divertenti. Il-Malta Trust Foundation u l-Malta Foundation for the Wellbeing of Society se jkomplu jikkollaboraw mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, sabiex aktar tfal jaqraw, sabiex isaħħu l-benesseri holistiku tagħhom.”

Il-Ministru Clifton Grima qal li bħala gvern, qed isir ħafna xogħol biex ikun żgurat li jingħataw l-aħjar opportunitajiet possibbli lill-istudenti marbutin ukoll maż-żminijiet emerġenti. Dan huwa spjegat f’dettal fl-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030, li wkoll tħares lejn it-tisħiħ tal-proċessi edukattivi ta’ kull tifel u tifla. “Fl-Istrateġija, il-qari huwa aspett importanti biex wieħed isaħħaħ il-perkors edukattiv tiegħu,” qal il-Ministru Clifton Grima.

Minn kemm ilha ssir din il-Qaritona Nazzjonali, ipparteċipaw ftit inqas minn 25,000 student u studenta. Il-Qaritona Nazzjonali tittella’ b’kollaborazzjoni bejn The Malta Trust Foundation flimkien ma’ The Malta Foundation for the Wellbeing of Society u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, b’appoġġ finanzjarju mill-Malta Public Transport, bil-parteċipazzjoni tal-iskejjel primarji madwar Malta kollha.

Iċ-ċelebrazzjoni tal-għeluq tal-Qaritona Nazzjonali saret fl-Iskola Primarja tal-Mosta, u matulha grupp ta’ studenti tellgħu animazzjoni drammatika, u saret ukoll preżentazzjoni ta’ trofew lill-iskejjel li pparteċipaw fil-Qaritona Nazzjonali.

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: 27 skola u 7,300 student jipparteċipaw fis-7 Edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: 27 skola u 7,300 student jipparteċipaw fis-7 Edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: 27 skola u 7,300 student jipparteċipaw fis-7 Edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow