Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ L-attakki u l-inċidenti riċenti juru ż-żieda fil-vulnerabilità tat-trasport bil-baħar - Il-Ministru Ian Borg jindirizza l-Konferenza Internazzjonali tal-35 anniversarju tal-IMLI

pr241058
Date Icon 18/06/2024

L-inċidenti u l-iżviluppi ta' dan l-aħħar qed juru kif qed tiżdied il-vulnerabilità tat-trasport bil-baħar madwar id-dinja minħabba t-theddida ta' gwerer u kunflitti oħrajn.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg stqarr dan it-tħassib waqt li kien qed jindirizza l-Konferenza Internazzjonali tal-35 anniversarju tal-IMO International Maritime Law Institute (IMLI), it-Tnejn waranofsinhar, fil-Belt Valletta.   

Bejn Novembru 2023 u l-bidu ta' April 2024, kien hemm aktar minn 50 attakk kontra bastimenti tal-merkanzija fil-Baħar l-Aħmar, li kienu jinkludu wkoll l-ewwel attakk fatali. Is-suq tat-tbaħħir kummerċjali wkoll qed ikun dejjem aktar mhedded minn attakki bi drones, u żieda fil-piraterija marittima.

“Wieħed mill-akbar inkwiet ta' dan it-theddid huwa s-sigurezza u l-benessere tal-baħħara," qal il-Ministru Borg, hekk kif tenna l-importanza ta' ħidma konġunta sabiex dawn il-perikli jingħelbu.

“Nemmnu fil-qawwa li nsibu soluzzjonijiet ħolistiċi għal dawn l-isfidi, filwaqt li nagħmlu trasformazzjoni pożittiva tal-industrija marittima li tipprioritizza s-sostenibilità ambjentali u l-aspett uman. Irridu l-qasam tat-trasport bil-baħar ikompli jissaħħaħ, b'aktar impjiegi u impjiegi aħjar, u b'impenn lejn l-innovazzjoni, sabiex ikun jista' jservi ekonomija aktar flessibbli, sostenibbli u kompetittiva," żied jgħid il-Ministru Borg.

Meta kien qed jirrifletti fuq il-35 anniversarju ta' IMLI, li twaqqfet b'kollaborazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u l-Gvern ta' Malta, il-Ministru spjega li din l-istituzzjoni edukattiva stabbilixxiet lilha nnifisha bħala punt ta' referenza biex pajjiżi jsaħħu r-riżorsi u l-għarfien tagħhom fil-qasam tal-liġi marittima internazzjonali, permezz tat-taħriġ ta' ġenerazzjoni wara l-oħra ta' esperti u persuni oħra f'dan il-qasam.

“Din is-sena, l-IMO u IMLI ħadmu biex komplew imorru lil hinn minn dak mistenni u għal darb'oħra ħadmu biex jilqgħu l-isfidi tal-komunità marittima. Is-suċċess tal-IMO fil-ħidma lejn id-dekarbonizzazzjoni tat-tbaħħir sa' madwar is-sena 2050 jagħmluha l-ewwel aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda u l-ewwel settur li qed jiddefinixxi strateġija globali biex inaqqas l-emissjonijiet serra. Il-mira ta' IMLI li tippromwovi l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tagħha ukoll hija inizjattiva ta' min ifaħħarha. Bl-appoġġ ta' The Nippon Foundation, dan l-istitut daħal għal riċerka estensiva fuq il-limitazzjonijiet tar-reġim ta' governanza tal-oċeani frammentat li jeżisti bħalissa, sabiex jinstabu soluzzjonijiet tanġibbli għal aktar effettività u sostenibilità fir-reġim tal-governanza tal-oċeani fil-futur," qal il-Ministru Borg.

“Nawguraw li IMLI tkompli fil-missjoni tagħha li tħarreġ aktar uffiċjali marittimi minn madwar id-dinja kollha, sabiex insaħħu l-governanza tal-ibħra tagħna," temm jgħid il-Ministru Borg.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ L-attakki u l-inċidenti riċenti juru ż-żieda fil-vulnerabilità tat-trasport bil-baħar - Il-Ministru Ian Borg jindirizza l-Konferenza Internazzjonali tal-35 anniversarju tal-IMLI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow