Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Jitħabbru ħatriet ġodda fi Spazju Kreattiv u t-Teatru Manoel

pr241052
Date Icon 15/06/2024

Is-Sur Rupert Cefai, li preżentement jokkupa l-kariga ta' Chairperson ta' Spazju Kreattiv, se jkun qed jassumi wkoll ir-rwol tat-tmexxija eżekuttiva tal-entità b'żieda mal-kariga li jokkupa preżentement sabiex b'hekk issa se jkun qed iservi bħala Chairperson Eżekuttiv ta' Spazju Kreattiv. Is-Sur Cefai ilu jokkupa b'suċċess il-kariga ta' Chairperson ta' Spazju Kreattiv għal dawn l-aħħar ħdax-il sena.

Ir-rwol tat-tmexxija eżekuttiva ta' Spazju Kreattiv kien qed jiġi mwettaq mis-Sur Edward Zammit, li issa se jkun qed itemm dan l-inkarigu biex jinħatar bħala Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel.

Is-Sur Zammit okkupa b'suċċess għal dawn l-aħħar tmintax-il xahar ir-rwol ta' Aġent Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel b'żieda mar-rwol tat-tmexxija eżekuttiva li kellu fi Spazju Kreattiv. Fiż-żmien li serva bħala Aġent Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel, is-Sur Zammit wettaq id-doveri tiegħu b'impenn, integrità u effiċjenza kbira u kien l-għażla naturali biex jaqdi l-inkarigu bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tat-Teatru Manoel.

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jawgura kull suċċess lis-Sur Rupert Cefai u s-Sur Edward Zammit fil-mansjonijiet il-ġodda tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow