Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat Ċentru ta’ Tagħlim u Taħriġ fl-Edukazzjoni għal Ċittadinanza Globali fl-Iskola Primarja San Bastjan f’Ħal Qormi

pr241046
Date Icon 13/06/2024

Fl-Iskola Primarja ta' San Bastjan, Kulleġġ San Injazju f'Ħal Qormi, illum ġie inawgurat Ċentru ta' Tagħlim u Taħriġ fl-Edukazzjoni għal Ċittadinanza Globali, li huwa mgħammar apposta biex ikun hemm integrazzjoni bejn dak li jkun mgħallem fil-klassi, u prattika li tistimula lill-istudent b'mod kreattiv. Iċ-ċentru se jservi wkoll bħala post li fih isir ukoll taħriġ għall-edukaturi.

“Fil-jiem li għaddew nedejna kemm l-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030 kif ukoll l-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali 2024-2030. Dan iċ-ċentru huwa eżempju eċċellenti ta' dak li hemm f'dawn iż-żewġ strateġiji, li permezz ta' stil ta' edukazzjoni mhux tradizzjonali fil-klassi, jibbenefikaw kemm l-istudenti kif ukoll l-edukaturi," qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qabel ma inawgura ċ-ċentru.

L-inawgurazzjoni ta' dan iċ-ċentru hija pass 'il quddiem fil-mod kif tingħata l-edukazzjoni lill-istudenti għaliex tħares lejn l-edukazzjoni minn lenti moderna u li taqdi l-ħtiġijiet tal-lum tal-istudent, filwaqt li wkoll taħseb għall-ħtiġijiet tal-edukatur.

F'dan iċ-ċentru tingħata edukazzjoni li tistimula lill-istudent, għaliex huwa msejjes fuq Future Classroom Lab bil-għan li tkun esplorata kif it-teknoloġija tgħin biex tiżviluppa ambjenti ġodda ta' tagħlim. Dan huwa ambjent b'teknoloġija moderna biex, flimkien, l-istudenti u l-edukaturi joħolqu modi ġodda u kreattivi ta' kif titwassal l-edukazzjoni.

“Huwa kruċjali li l-istudenti jiksbu ħiliet tas-seklu 21 u għalhekk jiffukaw fost oħrajn fuq il-ħsieb kritiku, il-kreattività u l-komunikazzjoni. L-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali 2024-2030 tenfasizza l-urġenza li kemm l-edukaturi kif ukoll l-istudenti jitħejjew biex jamministraw il-kumplessitajiet tal-era diġitali b'mod responsabbli. Dan mhuwiex biss dwar il-kisba ta' ħiliet tekniċi imma t-tnissil ta' mentalità li trawwem l-addattabilità, u l-ħsieb kritiku," spjega l-Ministru Grima.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Matthew Vella qal li, “Il-ftuħ ta' dan iċ-ċentru ddedikat għat-tagħlim marbut ma' Global Citizenship Education Development jagħti aktar opportunità lill-istudenti biex iħaddnu s-sens ċiviku flimkien ma' dak ambjentali. Dan jallinja tajjeb ħafna mat-trasformazzjoni li għaddejja minnha s-sistema edukattiva permezz tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 li timmira biex trawwem studenti ħolisitiċi. It-tema tal-Global Citizenship Education qed tkun indirizzata wkoll fil-programmi akkreditati permezz tal-istess strateġija."

Għalhekk f'dan iċ-ċentru, li huwa spazju ieħor barra mill-klassi tradizzjonali, jistgħu jsiru esperjenzi ta' tagħlim li jrawmu dawk il-ħiliet li huma meħtieġa fid-dinja tal-lum.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat Ċentru ta’ Tagħlim u Taħriġ fl-Edukazzjoni għal Ċittadinanza Globali fl-Iskola Primarja San Bastjan f’Ħal Qormi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat Ċentru ta’ Tagħlim u Taħriġ fl-Edukazzjoni għal Ċittadinanza Globali fl-Iskola Primarja San Bastjan f’Ħal Qormi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat Ċentru ta’ Tagħlim u Taħriġ fl-Edukazzjoni għal Ċittadinanza Globali fl-Iskola Primarja San Bastjan f’Ħal Qormi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow