Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Kunsill Lokali tal-Isla għall-ftuħ ta’ ċentru ġdid għall-anzjani

pr241019
Date Icon 06/06/2024

L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità laħqet ftehim mal-Kunsill Lokali tal-Isla biex jitwaqqaf Ċentru tal-Anzjanità Attiva fl-Isla sabiex jiġu offruti diversi opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja, taħditiet edukattivi, u attivitajiet oħra għall-anzjani, f'din il-lokalità.

Preżenti għall-iffirmar ta' dan il-ftehim fil-Ġnien tal-Gardjola fl-Isla kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, is-Sindku tal-Isla Clive Pulis, u membri tal-kunsill lokali tal-istess lokalità.

B'dan iċ-ċentru fl-Isla, in-numru ta' ċentri tal-anzjanità attiva tela' għal 32 u f'dawn iċ-ċentri jattendu madwar 2,050 membru.

Iċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva fl-Isla se jkun qed jopera minn sala li bħalissa qed tiġi rinnovata wara li għaddiet f'idejn il-Kunsill Lokali tal-Isla. Dan iċ-ċentru se jkun immexxi minn ħaddiema tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, b'kollaborazzjoni mal-kunsill lokali. Il-programm ta' attivitajiet li se jitfassal għal dan iċ-ċentru, hu mmirat biex l-anzjani jkomplu jippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja, ikollhom tagħrif dwar is-saħħa fiżika u mentali u l-interazzjoni soċjali fost l-anzjani.

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea esprima s-sodisfazzjon tiegħu dwar dan il-ftehim u qal, “Din l-inizjattiva tirrifletti d-dedikazzjoni tagħna biex intejbu l-ħajja ta' kuljum tal-anzjani tagħna. Billi nipprovdu spazji fejn l-anzjani jistgħu jiltaqgħu, jitgħallmu, u jgawdu minn attivitajiet soċjali, qed niżguraw li jkollhom ħajja iktar attiva u sodisfaċenti. Dawn iċ-ċentri joffru ambjent sigur u ta' sapport fejn l-anzjani jistgħu jsawru relazzjonijiet ġodda u jgawdu minn esperjenzi pożittivi."

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli faħħret l-impenn tal-Kunsill Lokali tal-Isla sabiex isostni l-anzjanità attiva fl-istess lokalità, permezz ta' ftehim għal ċentru ta' matul il-jum għall-anzjani bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Kunsill Lokali tal-Isla. Hija qalet li huwa ta' sodisfazzjon li tara kunsill lokali ieħor jingħaqad ma' kunsilli lokali oħra li joffru s-servizz ta' ċentru ta' matul il-jum għall-anzjani, li joffri diversi benefiċċji li jtejbu l-kwalità tal-ħajja.

“Fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna hemm it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti kollha. Għal dan l-għan aħna kommessi li nkomplu nsostnu lill-kunsilli lokali sabiex dan is-servizz ikompli jinfirex f'aktar lokalitajiet għall-benefiċċju tar-residenti anzjani tagħna. Inħeġġeġ lil dawk l-anzjani li għadhom jgħixu fil-lokalità sabiex jattendu dawn iċ-ċentri, ħalli jibqgħu attivi, filwaqt li jissoċjalizzaw ma' anzjani oħra u jegħlbu s-solitudni," saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Għal iktar informazzjoni, kemm fuq dan is-servizz kif ukoll għall-informazzjoni fuq servizzi oħra li toffri l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, wieħed jista' jagħmel kuntatt maċ-Ċentru Servizz Anzjan fuq 22788900, iżur l-uffiċini li jinsabu 3, Triq Żekka, il-Belt, jew iżur is-sit elettroniku aacc.gov.mt. F'Għawdex, wieħed jista' jagħmel kuntatt maċ-Ċentru Servizz Anzjan, fuq in-numru tat-telefon 22788238, jew iżur l-uffiċini li jinsabu 39, Triq ir-Repubblika, ir-Rabat Għawdex. Informazzjoni tista' tinkiseb ukoll permezz tal-freephone 153.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Kunsill Lokali tal-Isla għall-ftuħ ta’ ċentru ġdid għall-anzjani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Kunsill Lokali tal-Isla għall-ftuħ ta’ ċentru ġdid għall-anzjani
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow