STQARRIJA MINN FESTIVALS MALTA Festa Nazzjonali Sette Giugno 1919
Festivals Malta, flimkien mal-Parlament ta' Malta u l-Kumitat Festi Nazzjonali, iħabbru l-attivitajiet nazzjonali sabiex jitfakkar is-Sette Giugno 1919.
Il-Ġimgħa, 7 ta' Ġunju 2024
Fid-8.45am, tislima lill-vittmi tas-Sette Giugno 1919 fiċ-Ċimiterju ta' Sidtna Marija Addolorata, Raħal Ġdid. Matul din iċ-ċerimonja, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, iċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u rappreżentant tal-familji tal-vittmi jqiegħdu kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 – Carmelo Abela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer.
Fid-9.30am isir tqegħid ta' kuruna mill-President ta' Malta, akkumpanjata miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sindku tal-Belt Valletta fuq il-monument tas-Sette Giugno, il-Belt Valletta. F'din iċ-ċerimonja jieħdu sehem stakkament tal-Forzi Armati ta' Malta.
Fis-6.30pm issir Ċerimonja ta' Tifkira biswit il-Monument tas-Sette Giugno 1919 fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jagħmel id-diskors tal-okkażjoni. Fi tmiem id-diskors, l-Ispeaker, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, id-Dekan tal-Korp Diplomatiku, is-Sindku tal-Belt Valletta, rappreżentanti tal-familji tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 u organizzazzjonijiet oħra jqiegħdu kuruni fuq il-Monument tas-Sette Giugno 1919.
F'din l-attività ser jieħdu sehem ukoll kor kompost minn studenti tal-Kulleġġ San Injazju. L-attività tkun trażmessa LIVE fuq TVM News+.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN