Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Ftehim Kollettiv għall-ħaddiema tal-Malta Food Agency

pr241017
Date Icon 06/06/2024

Dalgħodu ġie ffirmat l-ewwel Ftehim Kollettiv bejn il-Malta Food Agency u l-General Workers Union għall-ħaddiema li jaħdmu fl-aġenzija responsabbli mill-prodott lokali f'pajjiżna. Ftehim storiku li jimmarka pass importanti fit-tisħiħ tal-kundizzjonijiet għall-impjegati tal-Aġenzija fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal-Annimali. Dan il-ftehim ikompli jibni fuq il-kundizzjonijiet preżenti u jenfasizza l-impenn tal-Aġenzija li jħares il-benesseri tal-impjegati tagħha.

Il-ftehim il-ġdid jintroduċi sistema strutturata ta' gradi għall-impjegati tal-aġenzija, li tipprovdi lill-ħaddiema opportunitajiet għall-avvanz fil-karriera tagħhom fl-aġenzija. Il-ħaddiema se jaraw ukoll titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, kif ukoll fil-pakkett finanzjarju tagħhom li jirrifletti x-xogħol u l-ħidma bir-reqqa u b'dedikazzjoni kbira.

Il-Ministru Anton Refalo spjega kif dan il-ftehim huwa pass importanti għall-aġenzija. Spjega li din il-kisba hija riżultat ta' bosta xhur ta' diskussjonijiet u ħidma kollaborattiva bejn il-Malta Food Agency u l-General Workers' Union.

“Dan il-ftehim kollettiv, li jingħaqad ma' kullana ta' ftehimiet oħra li ġew iffirmati fl-aħħar ġimgħat u xhur, huwa xhieda tal-ħidma tal-Gvern biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Bil-miżuri l-ġodda li daħlu fis-seħħ permezz tal-ftehim kollettiv, se jwassal għall-futur aktar pożittiv għall-impjegati kollha tal-Aġenzija," temm jgħid il-ministru.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said tkellmet ukoll dwar l-importanza ta' dan il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-aġenzija. “Aħna rridu li l-kundizzjonijiet u l-pagi tal-ħaddiema jkomplu dejjem jitjiebu. Permezz ta' dan il-ftehim kollettiv qed nassiguraw li l-ħaddiema kollha tal-Malta Food Agency jiġu mħarsa kif xieraq u dan iwassal biex ikunu aktar motivati fil-ħidma tagħhom," qalet is-segretarju parlamentari.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Food Agency, Brian Vella irrimarka, “Bil-Ftehim Kollettiv, il-maniġment tal-Malta Food Agency qed jibni fuq il-kundizzjonijiet preżenti għax nemmnu li l-impjegati jixirqilhom rikonoxximent għall-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom."

Tkellem ukoll Kevin Abela, Segretarju tat-Taqsima Ikel u Ospitalità fi ħdan il-GWU, qal “Permezz tal-ftehim milħuq, il-membri tagħna se jaraw titjib sostanzjali fis-salarji tagħhom flimkien ma' għadd ta' benefiċċji oħra. Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lil kull min ta' sehmu sabiex dan il-ftehim seta' jsir realtà."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Ftehim Kollettiv għall-ħaddiema tal-Malta Food Agency
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow