Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Gvern jgħaddi l-art tal-pixxina tal-waterpolo f’Marsaskala lil Marsaskala Aquatic

pr241014
Date Icon 06/06/2024

Permezz ta’ ftehim li ġie ffirmat fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, art li għandha medda ta’ sitt elef tmien mija u ħamsa u tletin metri kwadri se tgħaddi b’ċens mingħand SportMalta għal għand Marsaskala Aquatic. L-art tinsab f’Dawret il-Kunsill tal-Ewropa, Marsaskala.

Dan kien possibbli wara li kienet għaddiet riżoluzzjoni fil-Parlament fi Frar li għadda. Il-pixxina hija dik li qabel kienet il-pixxina nazzjonali qabel ma nbniet il-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.

“Dan huwa pass ieħor fil-ħidma tal-Gvern sabiex l-ispazji riservati għall-isport fil-komunità jkomplu jikbru u jkomplu wkoll jinħolqu spazji rikreattivi ġodda għat-tfal u għaż-żgħażagħ. Il-proprjetà se tkun għall-użu wkoll tal-Youth Nursery ta’ dan il-klabb”, qal il-Ministru Grima.

Kif ġara f’artijiet oħrajn li jgħaddu minn SportMalta permezz tal-Att dwar l-Isport (Kap455), il-ħlas ta’ ċens jitnaqqas b’95% minn SportMalta bħala sussidju. Il-ħlas taċ-ċens li jitħallas lil SportMalta jitqiegħed f’fond imsejjaħ Sports Fund li huwa amministrat minn SportMalta.

Permezz ta’ dan il-ftehim, se tgawdi komunità sħiħa minn din il-faċilità. Filwaqt li l-isportivi ta’ Marsaskala Aquatic se jkollhom post xieraq fejn jitħarrġu, se tingħata wkoll iktar ħajja lil din il-parti tal-lokalità. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Gvern jgħaddi l-art tal-pixxina tal-waterpolo f’Marsaskala lil Marsaskala Aquatic
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Gvern jgħaddi l-art tal-pixxina tal-waterpolo f’Marsaskala lil Marsaskala Aquatic
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Gvern jgħaddi l-art tal-pixxina tal-waterpolo f’Marsaskala lil Marsaskala Aquatic
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow