STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – 8 Ta' Ġunju, 2024
pr241010
06/06/2024
Irtirar ta' Dokumenti għall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar illi l-votanti li għadhom ma ġabrux id-dokumenti għall-vot relatat mal-elezzjonijiet imsemmija jistgħu jiġbruhom personalment sal- lum biss il-Ħamis 6 ta' Ġunju mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sa nofsillejl mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali:-
għall-votanti rreġistrati fuq Malta, mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar; u
għall-votanti rreġistrati fuq Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.
Kull votant għandu jattendi personalment bil-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu.
Mingħajr id-dokument/i għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista' jivvota nhar jum il-votazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN