Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Wasal fl-aħħar fażi l-proġett tal-MR Linac b’investiment ta’ €21.5 miljun

pr241005
Date Icon 05/06/2024

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, flimkien mas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru, Joseph Chetcuti u s-Segretarju Permanenti responsabbli mill-Fondi Ewropej Jonathan Vassallo, żaru l-impjant ġdid tal-MR Linac.

Matul din iż-żjara ltaqgħu mal-ħaddiema li ser ikunu qed joperaw din it-teknoloġija moderna, ewlieni fosthom il-Kap tad-Dipartiment tal-Onkoloġija Dr Nick Refalo. Dan il-proġett multi-miljunarju nbena fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo sabiex tiġi varata teknika ġdida ta' radjoterapija għall-mard tal-kanċer. 

Il-Ministru spjega kif din it-teknoloġija se tkun ikkontrollata minn MRI scanner li bi preċiżjoni millimetrika jamministra raġġi u jillimita l-ħsara lill-organi l-oħra tal-ġisem. Qal kif fl-Ewropa teknoloġija simili qed tiġi imħejjija f'Verona fl-Italja kif ukoll f'Londra. Bħalissa għaddejja l-fażi ta' taħriġ għall-impjegati kif ukoll qed jsiru aġġustamenti tas-sistema diġitali bil-għan li dan is-servizz jibda jingħata lill-pazjenti fi ftit ġimgħat oħra.

Il-Ministru Jo Etienne Abela tenna li l-Gvern qed ikompli jimplimenta l-viżjoni moderna tiegħu għal dan is-settur sabiex jiġi offrut servizz ta' kura tal-ogħla livell li jwassal għal kwalità ta' ħajja aħjar għaċ-ċittadini. “Nirringrazzja lill-Foundation for Medical Service kif ukoll lill-ħaddiema kollha għall-impenn tagħhom sabiex dan il-proġett jiġi implimentat", temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Wasal fl-aħħar fażi l-proġett tal-MR Linac b’investiment ta’ €21.5 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Wasal fl-aħħar fażi l-proġett tal-MR Linac b’investiment ta’ €21.5 miljun
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow