STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Iffirmat ftehim kollettiv bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-General Workers Union u l-Union of Malta Tourism Authority Employees
Ġie ffirmat ftehim kollettiv bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-General Workers Union u l-Union of Malta Tourism Authority Employees li permezz tiegħu ser ikomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema kollha li jaħdmu fi ħdan l-istess Awtorità. Dan il-ftehim kollettiv ikopri l-perjodu ta' bejn l-2022 u l-2027.
B'reazzjoni għal dan il-ftehim, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim tant importanti għat-turiżmu f'pajjiżna.
“Ix-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa rifless fir-riżultat rekord li qed nesperjenzaw fejn tidħol l-industrija tal-ospitalità fil-Gżejjer Maltin. Jimmerita li dawn il-ħaddiema jkompli jkollhom kundizzjonijiet aħjar biex l-istorja turistika ta' pajjiżna tkompli tinkiteb b'aktar suċċessi," saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN