Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat ir-rinnovar taċ-Ċentru tax-Xjenza

pr240993
Date Icon 04/06/2024

Ġie inawgurat ir-rinnovar tal-binja taċ-Ċentru tax-Xjenza f'Pembroke wara li sar investiment ta' kwart ta' miljun ewro biex il-binja kollha ngħatat dehra aktar moderna u fl-istess ħin ġie ppreservat il-bini storiku li dan iċ-ċentru jinsab fih.

L-inawgurazzjoni saret mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima flimkien mas-Segretarju Permanenti Matthew Vella. Ix-xogħol kollu sar mill-ħaddiema fi ħdan il-Qasam tal-Loġistika fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.

“Is-suġġetti tax-xjenza qed jingħataw importanza fl-edukazzjoni ta' uliedna, grazzi għax-xogħol dedikat li qed isir minn dawk kollha li jaħdmu f'dan iċ-ċentru. Kien xieraq li jsir dan ir-rinnovar u nagħtuh mhux biss ambjent modern, imma wkoll li dan iċ-ċentru jkun mgħammar bl-aħħar teknoloġija, b'sala ġdida u fl-istess ħin li ħadna ħsieb li nippreservaw il-binja", qal il-Ministru Clifton Grima.  

Il-binja tospita d-Direttorat STEM, (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika) li huma responsabbli għall-amministrazzjoni u t-tfassil tal-politiki relatati ma' suġġetti nazzjonali STEM fi ħdan l-edukazzjoni obbligatorja, kif ukoll id-Direttorat tal-VET, madwar 170 persuna.

Waqt ix-xogħol li sar kienu rinnovati l-istrutturi kollha tal-binja, li kienet isservi bħala l-Officers' Mess għall-uffiċjali u hija parti mill-binjiet tas-Servizzi Ingliżi meta dawn kienu joperaw f'Malta. Matul iż-żmien, filwaqt li l-binja qdiet funzjonijiet differenti, il-kundizzjoni tagħha bdiet tiddeterjora. Fost ix-xogħol li sar, kien hemm partijiet estensivi li tbattlu minn materjal li akkumula matul iż-żmien, inbidlu kompletament is-servizzi tal-elettriku u tal-ilma, ġew installati teknoloġiji ġodda u saret sala ġdida tal-ogħla livell li tista' wkoll tilqa' fiha konferenzi. 

Is-Segretarju Permanenti Matthew Vella stqarr li r-rinovar taċ-ċentru huwa parti mit-trasformazzjoni li qed isseħħ fis-sistema edukattiva. “L-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni tagħti importanza lis-suġġetti STEM u dawk tal-VET u għaldaqstant ġie mwaqqaf dan iċ-ċentru. Issa l-edukaturi ta' dawn is-suġġetti għandhom post fejn jistgħu jkomplu jwettqu ħidmithom permezz ta' diversi attivitajiet għall-edukazzjoni ta' kwalità." Huwa rringrazzja lill-ħaddiema kollha inklużi lil dawk li ħadmu fuq dan il-proġett.

Il-Ministru Clifton Grima rringrazzja lil dawk kollha involuti mhux biss fil-proġett ta' din il-binja, imma fil-proġetti kollha li għaddejjin. Huwa rringrazzja wkoll lill-ħaddiema ta' dan iċ-ċentru għall-ħidma, id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom f'dan is-settur.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat ir-rinnovar taċ-Ċentru tax-Xjenza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat ir-rinnovar taċ-Ċentru tax-Xjenza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat ir-rinnovar taċ-Ċentru tax-Xjenza
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow