Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Komunitajiet isbaħ: Ġnien Simbjożi f’Santa Luċija b’dehra ġdida

pr240992
Date Icon 04/06/2024

Ġnien Simbjożi, spazju fil-qalba ta' Santa Luċija, ingħata dehra ġdida permezz tal-kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija u Ambjent Malta. B'pavimentar u bankijiet ġodda, tħaddir tal-ispazju u dawl ġdid, dan l-ispazju issa sar aktar sigur u jista' jitgawda minn kulħadd. Ġie installat ilqugħ magħmul minn materjal riċiklat u mad-dawra tal-ġnien tħawlu aktar pjanti u arbuxelli biex isebbħu d-dawra tiegħu.

Dan huwa wieħed mill-proġetti li qed jibbenefikaw minn għajnuna mill-iskema Urban Greening. Kull proġett sottomess ġie evalwat fuq numru ta' kriterji li jinkludu l-element ambjentali tal-proġett, l-impenn kulturali u l-benefiċċju lejn il-komunità u ż-żmien tal-implimentazzjoni tal-proġett.

Il-proġett ġie inawgurat mill-Ministru Miriam Dalli, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli, is-Sindku ta' Santa Luċija Charmaine St John u l-kunsilliera.

Fit-twettiq tal-proġett intuża materjal sostenibbli, sar tħawwil ta' siġar indiġeni u installazzjoni ta' canopy biex jipprovdi dell mix-xemx.

Il-Ministru Dalli qalet, “Il-proġetti li qed naħdmu fuqhom ivarjaw fid-daqs iżda għandhom prinċipju komuni: dak ta' spazju aħdar viċin il-komunitajiet u r-residenti biex b'mixja qasira, kulħadd ikollu aċċess għall-post fejn jista' jistrieħ ftit fil-kwiet jew jgħid kelmtejn ma' sħabu. Inħeġġeġ lill-kunsill lokali biex jibqgħu jersqu 'l quddiem bi proposti diversi u jkunu huma l-mutur wara l-bidla li qed inġibu fil-lokalitajiet tagħna."

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli faħħret l-impenn tal-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija favur dan il-proġett u x-xogħol ta' implimentazzjoni minn Ambjent Malta. Hija qalet li kollaborazzjonijiet bħal dawn mal-kunsilli lokali qed jissarfu f' proġetti li jindirizzaw eżatt il-bżonnijiet ta' kull lokalità.

“Huwa ta' sodisfazzjon li nara li l-għan ewlieni ta' proġetti bħal dan kien li jiġġenera dan il-ġnien, sabiex ikun isbaħ u aktar aċċessibbli għar-residenti ta' Santa Luċija u dawk kollha li jżuru dan il-ġnien," saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Min-naħa tagħha, Josianne Muscat, Direttriċi ta' Ambjent Malta qalet, “Ambjent Malta permezz ta' dawn il-proġetti kompliet tqarreb aktar l-ambjent viċin in-nies. F'dan il proġett tħawlu numru ta' arbuxelli indiġeni u ntużat ukoll għamara li hija magħmula min materjal riċiklat. Saret ukoll installazzjoni  ta' sistema tal-irrigazzjoni filwaqt li hemm fis-seħħ ftehim dwar manutenzjoni biex nassiguraw li dawn l-ispazji jibqgħu fl-aħjar stat tagħhom."

Is-Sindku Charmaine St John qalet, “Grazzi għall-fondi li l-kunsill lokali ibbenefika għalihom bil-kollaborazzjoni ta' Ambjent Malta, ġie rriġenerat Ġnien Simbjożi għat-tgawdija mill-pubbliku, speċjalment ir-residenti ta' Santa Luċija. Fil-jiem li ġejjin se nkunu qed ninstallaw ukoll sistema ta' CCTV ġewwa dan il-Ġnien sabiex intejbu s-sigurtà fl-akwati u nipprevjenu l-vandaliżmu. Dan huwa investiment f'ambjent u ħajja aħjar għal-Luċjani."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Komunitajiet isbaħ: Ġnien Simbjożi f’Santa Luċija b’dehra ġdida
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Komunitajiet isbaħ: Ġnien Simbjożi f’Santa Luċija b’dehra ġdida
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Komunitajiet isbaħ: Ġnien Simbjożi f’Santa Luċija b’dehra ġdida
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow