Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – Ġunju, 2024

pr240986
Date Icon 04/06/2024

Dokumenti tal-vot ta' pazjenti fl-isptarijiet

Il-Kummissjoni Elettorali tappella lill-qraba tal-votanti li jinsabu rikoverati fl-isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex (li kienu hemm reġistrati bħala pazjenti sas-6.00 pm tat-Tnejn 3 ta' Ġunju) biex, jekk għad għandhom id-dokument/i tal-vot tal-pazjent, dawn għandhom immedjatament jikkonsenjawhom lill-pazjent biex ikun jista' jivvota fl-isptar fejn hu rikoverat il-Ħamis, 6 ta' Ġunju.

Min iżomm dokument tal-vot ta' ħaddieħor ikun qiegħed effettivament iċaħħadlu d-dritt tal-vot u dan hu kontra l-liġi, li tgħid li min “ikun fil-pussess illeġittimu ta' xi dokument għall-votazzjoni..... hu ħati ta' reat u jeħel, meta jinsab hekk ħati, multa jew priġunerija jew multa u priġunerija flimkien" (Art. 112, Kap. 354). 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li meta jinqala' każ bħal dan, jintalab l-intervent tal-pulizija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow