Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara Uffiċjali mill-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, is-Sur Tony Murphy, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (Malta)

pr240970
Date Icon 03/06/2024

Illum, is-Sur Tony Murphy, President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA), akkumpanjat minn Dr George-Marius Hyzler, Membru tal-ECA, żar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO). Ġew milqugħa mis-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali, u s-Sur Noel Camilleri, Deputat Awditur Ġenerali. Jiffurmaw parti minn delegazzjoni mill-ECA, immexxija mis-Sur Murphy għal din iż-żjara, hemm is-Sur Wolfgang Stolz, Kap tal-Kabinett, Sa Annette Farrugia, Attachè, u Dr Nikola Soukmandjiev, Membru tal-Kabinett.

Waqt laqgħa mat-tim tat-tmexxija għolja tal-NAO, is-Sur Murphy enfasizza l-għanijiet u l-missjoni tal-ECA filwaqt li apprezza r-relazzjoni ta' ħidma eċċellenti bejn iż-żewġ istituzzjonijiet tal-awditjar. Min-naħa tiegħu, is-Sur Deguara enfasizza l-impenn tal-Uffiċċju tiegħu li jsaħħaħ saħansitra aktar din il-kollaborazzjoni partikolarment permezz tas-Seminars Konġunti annwali bejn l-NAO u l-ECA, kif ukoll inizjattivi bilaterali oħra li jiffokaw fuq kwistjonijiet relatati mal-awditjar tas-settur pubbliku.  Id-diskussjonijiet iċċentralizzaw ukoll fuq diversi attivitajiet u xogħlijiet oħra ta' verifika assenjati mwettqa kemm mill-NAO kif ukoll mill-ECA, u enfasizzaw sforzi kollaborattivi potenzjali fil-Kumitat ta' Kuntatt li jġib flimkien l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tal-UE.

Wara l-laqgħa fl-NAO, is-Sur Murphy għamel taħdita fl-Università ta' Malta, fejn iddeskriva fid-dettal ir-rwol u l-attivitajiet tal-ECA lil udjenza ta' letturi, akkademiċi u uffiċjali għolja tal-NAO. Wara, is-Sur Murphy żar żewġ siti ta' proġetti ewlenin kofinanzjati mill-UE, relatati mal-aspetti edukattivi u storiċi.

Għada, huwa ppjanat li s-Sur Murphy u d-delegazzjoni tiegħu jagħmlu laqgħat uffiċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fil-Kamra tad-Deputati fejn jiltaqgħu mal-Ispeaker, Dr Anglu Farrugia.

Din iż-żjara tenfasizza l-kooperazzjoni eċċellenti kontinwa bejn il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika Malti, li ssaħħaħ l-impenn tagħhom favur it-trasparenza u r-responsabbiltà, pilastri ewlenin ta' governanza tajba, fl-użu tal-fondi pubbliċi.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara Uffiċjali mill-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, is-Sur Tony Murphy, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (Malta)
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara Uffiċjali mill-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, is-Sur Tony Murphy, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (Malta)
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara Uffiċjali mill-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, is-Sur Tony Murphy, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (Malta)
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow