Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – 8 ta’ Ġunju, 2024

pr240969
Date Icon 03/06/2024

Tqassim ta' Dokumenti għall-Votazzjoni

Kif diġà tħabbar, il-Kummissjoni Elettorali minn għada sal-Ħamis, is-6 ta' Ġunju, se tqassam id-dokumenti għall-votazzjoni li fadal mill-Uffiċċju tagħha fin-Naxxar u, għall-votanti reġistrati f'Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, fir-Rabat, Għawdex.

Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex:

  1. dawk il-votanti li ma jifilħux jimxu, jitwasslu b'karozza privata sal-Uffiċċju Elettorali, Ex-Trade Fair Grounds, in-Naxxar. Il-Kummissjoni Elettorali titlob li f'dawn il-każi, barra l-votant u x-xufier tal-karozza jkun hemm persuna oħra biex, wara li l-karozza twaqqaf viċin, din il-persuna tkun tista' tidħol bl-ID jew Residence Card tal-votant u turi lill-Kummissjonarji fejn tkun ipparkjata l-karozza bil-votant biex jingħatalu l-vot.
  1. l-istess servizz jingħata lill-votanti f'Għawdex li ma jkunux jifilħu joħorġu mill-karozza privata ħdejn l-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.
  1. Fejn hemm każi ta' votanti anzjani jew morda li ma jistgħux jitwasslu biex jiġbru d-dokument, il-Kummissjonarji jagħmlu sforz biex iwassluhulom huma stess fid-djar. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Elettorali titlob li l-votanti nfushom jew xi qarib ta' dawn il-votanti għandu jmur jew iċempel l-Uffiċċju Elettorali fuq 25583240 biex jagħti d-dettalji meħtieġa.  Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex jagħmel użu ta' dan is-servizz biss fejn hu assolutament meħtieġ.

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar ukoll li kull min irid jiġbor id-dokument/i għall-votazzjoni jrid bilfors jiġbor id-dokument/i personalment u billi jippreżenta l-Karta tal-Identità jew tar-Residenza.

Mingħajr id-dokument/i għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista' jivvota nhar jum il-votazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow