Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Ir-rwol ċentrali ta’ Malta fil-kummerċ globali diskuss waqt il-laqgħa tal-Assoċjazzjoni ta’ portijiet fil-Mediterran

pr240965
Date Icon 02/06/2024

“Kburi nara l-irwol ċentrali li għandu pajjiżna fil-kummerċ globali." Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri waqt li kien qed jitkellem waqt il-konferenza MEDPorts, laqgħa tal-Assoċjazzjoni ta' portijiet fil-Mediterran, li din is-sena ttelgħet fil-Freeport.

Waqt din il-konferenza l-ministru spjega dak kollu li qed isir biex filwaqt li naraw li l-Freeport jibqa' port kummerċjalment b'saħħtu fil-Mediterran u lil hinn, dan jagħmluh bl-akbar rispett lejn l-ambjent u r-residenti tal-madwar.

“Għadna kif ħabbarna li se nerġgħu niftħu l-iskema għall-apperturi double glazing għar-residenti ta' Birżebbuġa. Il-proġett tax-shore-to-ship li għaddej b'ritmu tajjeb se jwassal biex il-vapuri jkunu jistgħu jitfu l-magni fil-port u jieħdu l-enerġija mix-xatt, b'hekk inaqqsu l-istorbju u t-tniġġis kif ukoll id-deċiżjoni li Terminal 1, l-aktar parti viċin ir-residenti ma' jibqax jintuża għall-krejnijiet. Dan kollu qed iwassal għall-ambjent aħjar għar-residenti tal-madwar," qal il-ministru.

Waqt din il-konferenza, li ġabet flimkien portijiet mill-Mediterran, l-Ewropa u l-Baħar l-Aħmar, il-Ministru Silvio Schembri tkellem ukoll dwar l-isfidi li dan is-settur qed jiffaċċja fosthom id-Direttiva Ewropea dwar l-emissjonijiet. Huwa spjega li, “Bħala pajjiż qed naħdmu fuq studju flimkien mal-Freeport u kumpaniji ewlenin tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar dwar l-impatt li din id-direttiva għandha fuq pajjiżna, b'hekk dan l-istudju se jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' Malta waqt in-negozjati mal-Unjoni Ewropea."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Ir-rwol ċentrali ta’ Malta fil-kummerċ globali diskuss waqt il-laqgħa tal-Assoċjazzjoni ta’ portijiet fil-Mediterran
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow