Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Renju tal-Iżvezja Per Holmström ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

pr240948
Date Icon 31/05/2024

Il-President Spiteri Debono faħħret l-isforzi tal-Iżvezja fil-parteċipazzjoni tagħha f’fora multilaterali. Hija nnotat l-inizjattivi tal-Iżvezja b’appoġġ għall-paċi internazzjonali, inkluża l-assistenza f’żoni ta’ konflitt, bħall-Istrixxa ta’ Gaża. Filwaqt li għamlet referenza għal u enfasizzat in-newtralità ta’ Malta u d-dedikazzjoni tagħha għall-osservanza tal-liġi internazzjonali, il-President Spiteri Debono nnotat l-importanza li l-partijiet rilevanti kollha jieħdu sehem fin-negozjati għal soluzzjonijiet ta’ paċi għall-konflitti li għaddejjin bħalissa, bħall-inklużjoni tal-Federazzjoni Russa fid-diskussjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni tal-konflitti fl-Ukrajna. Il-President Spiteri Debono nnotat ukoll ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni tal-Iżvezja li tissieħeb fin-NATO.

Min-naħa tiegħu, l-Ambaxxatur faħħar il-kisba notevoli ta’ Malta fir-rwol ta’ tmexxija tagħha kemm fi ħdan il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU kif ukoll l-OSCE fi żminijiet daqstant imqallba. Faħħar ukoll ir-rwol ta’ Malta fil-proċess ta’ paċi fl-Ukrajna, filwaqt li nnota l-impatt tal-gwerra fuq is-sigurtà tar-reġjun Baltiku. Huwa nnota li n-nuqqas ta’ sigurtà kkawżat mill-Federazzjoni Russa wassal għal tħassib ġdid dwar is-sigurtà fit-territorji fir-reġjun, bħall-gżira ta’ Gotland. L-Ambaxxatur esprima wkoll ir-rieda tiegħu għal opportunitajiet biex Malta u l-Iżvezja jaqsmu l-aħjar prattika u l-ħiliet ma’ xulxin.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Renju tal-Iżvezja Per Holmström ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Renju tal-Iżvezja Per Holmström ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Renju tal-Iżvezja Per Holmström ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Renju tal-Iżvezja Per Holmström ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Renju tal-Iżvezja Per Holmström ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow